Monthly Archives: November 2013

Bullettin 30 ta’ Novembru 2013

L-Avvent fil-mixja fil-fidi tan-nisrani
L-Avvent huwa żmien ta’ preparazzjoni għall-Miġja tal-Mulej fid-dinja. Huwa ż-żmien liturġiku qabel il-Milied; jirreferi wkoll għat-tieni miġja tal-Mulej fl-aħħar taż-żminijiet.
Il-kelma Avvent tfisser miġja – xi ħaġa ġejja, mela teħtieġ tħejjija, mela jispira stennija, liema stennija twassal lill-bniedem għall-aktar fidi ħajja u matura; stennija li toffri sfidi spiritwali sabiex il-bniedem
jaċċetta lill-Mulej f’ħajtu, jilqgħu fil-ferħ bħala l-ħabib ta’ ħajtu u/jew jirrestawra r-relazzjoni Miegħu. Hu x’inhu l-istat tal-fidi tal-bniedem, l-Avvent huwa stennija attiva fil-ferħ, żmien ta’ tama, żmien li joffri paċi dejjiema, kif jaf joffri t-twelid ta’ Ġesu’ Kristu, Il-girlanda tfisser it-tama tal-bniedem f’Ġesu` Kristu li huwa d-dawl tad-dinja. Il-girlanda hija magħmula minn weraq evergreen, li jissimbolizzaw il-kontinwazzjoni tal-ħajja, simbolu tal-imħabba ta’ Alla li ma tispiċċa qatt. Din il-girlanda tfisser ukoll il-kontinwita` tal-ħajja, bi spirtu Nisrani qalb l-isfidi li wieħed jiltaqa’ magħhom. Mad-dawra tagħha jkollha tliet xemgħat vjola u waħda roża. Dawn jissimbolizzaw qalb il-bniedem, liema qalb tkun bdiet tiddawwal sewwa; tkun qed tiġi mħejjija tajjeb biex tilqa’ fiha lil Ġesu’, li Hu d-Dawl li ma jintefa’ qatt.
 L-ewwel xemgħa, li tinxtegħel għall-ewwel ħadd tal-Avvent, tissejjaħ ix-xemgħa tal-Profeta, tissimbolizza t-Tama.
 It-tieni xemgħa tissejjaħ ix-xemgħa ta’ Betlem, tissimbolizza l-Fidi.
 It-tielet xemgħa (lewn roża) tissejjaħ ix-xemgħa tar-Ragħajja, tissimbolizza l-Ferħ.
 Ir-raba’ xemgħa tissejjaħ ix-xemgħa tal-Anġli, tissimbolizza l-Paċi.

LAURETANA NEWSLETTER
Ma’ dan il-bullettin qed inwasslulkom l-ewwel ħarġa ta’ din l-newsletter. Fiha għandkom issibu r-rendikont tal-festa li għaddiet.

NIBDEW L-AVVENT FLIMKIEN
Sejħa għat-tfal u adoloxxenti flimkien mal-ġenituri tagħhom biex nibdew il-mixja sabiħa tal-Avvent flimkien fil-quddiesa tal-10am il-Ħadd 1 ta’ Diċembru. Ejja fostna Mulej!

SENA LITURĠIKA ĠDIDA
Okkażjoni oħra mill-Mulej biex ngħixu sew il-fidi tagħna. Mad-djoċesi tagħna qed tistedinna Niltaqgħu mal-imħabba ta’ Alla! Ispirati minn dan il-motto sabiħ, fil-parroċċa tagħna ser nippruvaw ngħixu ĦAJJA ĠDIDA FI KRISTU!

L-EWWEL ĠABRA GĦALL-FESTA
Ma’ dan il-bullettin qed inqassmulkom l-envelopes għall-ewwel ġabra bieb bieb għall-festa tas-sena d-dieħla 2014. INKUNU ĠENERUŻI BĦAL DEJJEM. Festa sabiħa titlob spejjeż kbar kif tistgħu taraw mir-rendikont. Bl-għajnuna t’Alla u tal-Madonna u l-ġenerożita ta’ kulħadd nagħmlu festa dinjituża bi spejjeż moderati. GRAZZI MILL-QALB LIL KULĦADD.

IMMORRU TA’ PINU
L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru ser immorru s-Santwarju Ta’ Pinu fejn ikollna quddiesa. Tluq mill-pjazza fit-8.30am. Il-karozza tgħaddi wkoll minn Triq Sant’ Antnin. Trasport imħallas.

L-EWWEL ĠIMGĦA U SIBT TAX-XAHAR
Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru l-Adorazzjoni Ewkaristika tkun fil-Knisja Parrokkjali wara l-quddiesa tad-9am. Is-Sibt 7 ta’ Diċembru fil-Knisja l-Qadima fit-3.30pm rużarju u wara quddiesa għall-irġiel kollha. Wara l-quddiesa, l-Adorazzjoni tkompli sad-9.00pm.

RADJU LAURETANA
L-iskeda tal-Milied ta’ Radju Lauretana tibda l-Ħadd 8 ta’ Diċembru festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Mal-bullettin qed titqassam l-iskeda tal-ewwel ġimgħa ta’ xandir. Segwuna fuq 89.3FM u www.radjulauretana.com. Grazzi lill-voluntiera kollha li għal darba oħra qed jagħtu s-sehem tagħhom fi skeda daqshekk impenjattiva.

NILQGĦU FOSTNA lil Fr. Anthony Bajada bħala kollaboratur fi ħdan il-parroċċa tagħna biex inkomplu noffru aktar ħidma pastorali. Fr. Anthony ser ikun jagħti s-servizz pastorali tiegħu wkoll fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

SEMINAR TAL-PRESEPJU 2013
L-għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex – Malta Sezzjoni Għajnsielem ser ittella’ seminar dwar il-presepju il-Ħadd 1 ta’ Dicembru fis-Sala tal-Kazin tal-Banda San Gużepp mid-9.30am sa 12.30pm. Ser jiġi diskuss it-teknika tal-bini tal-presepju bit-tappijiet tas-sufra u t-teknika taż-żebgħa għal presepji maħduma mill-jablo. Imexxu dan is-seminar Joe Scicluna u Paul Stellini. Wara dawk kollha li jixtiequ jistgħu jattendu għall-ikla fil-Grand Hotel. Prezz €20.

MILL-GĦAQDA TAL-ARMAR
Ikla b’risq l-armar tal-festa nhar it-12 ta’ Diċembru. Se jiġi organizzat it-tqassim tar-rigali minn Santa Claus lejlet il-Milied. Dettalji dalwaqt.

BETHLEHEM F’GĦAJNSIELEM
Il-Kunsill qed jitlob il-kooperazzjoni tar-residenti ta’ Triq Ħamri, il-parti li jagħtu għal fuq il-wied (mir-residenza ta’ Sunta Falzon sa Francis u Maria Rapa) biex meta Bethlehem f’Għajnsielem ikun animat, jieħdu ħsieb jixgħelu xemgħa fuq in-naħa ta’ Wied il-Kbir. Il-Kunsill lest li joffri żewġ xemgħat kull residenza. Ħaddiema tal-Kunsill se jkunu jqassmu fil-jiem li ġejjin. Min ma jkunx id-dar mal-ġurnata, jikkuntatja lill-Kunsill fuq 21561515.

KOMPETIZZJONIJIET Il-kunsill Lokali Għajnsielem qed jorganizza kompetizzjoni tal-isbaħ Presepju u tiżjin tal-Milied fit-twieqi. Il-kompetizzjoni hija għal-presepji statiċi, fuq żewġ kategoriji, inqas min 4 piedi, u aktar minn 4 piedi. Min jixtieq japplika jirreġistra fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali sat-12 ta’ Diċembru, 2013 fuq 21561515.

FESTA LITURĠIKA TAL-MADONNA TA’ LORETO
It-Tnejn 9 ta’ Diċembru – Lejlet il-Festa
5.30pm Talb tas-Salmi fil-Knisja. 6.00pm Quddiesa
6.30pm Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna s-Sewda fil-Knisja. Jiġi rreċitat ir-rużarju. Tieħu sehem il-Banda San Ġużepp u l-plejers ta’ Għajnsielem F.C. Wara tinxtegħel il-ħuġġieġa Lawretana fuq iz-zuntier.
9.00pm Festa della Venuta della Casa
Insegwu flimkien f’xandira diretta l-velja ta’ talb minn ġewwa Loreto fuq Radju Lauretana. Din is-sena Radju Marija jingħaqad ma’ Radju Lauretana għal din ix-xandira speċjali. Ikollna l-kummentarju bil-Malti.

Radju Lauretana Skeda Milied 2013 – L-Ewwel Ġimgħa

Parroċċa Madonna ta’ Loreto Għajnsielem
Radju Lauretana
89.3FM
www.radjulauretana.com
www.facebook.com/RadjuLauretana

21 566965
79 566965
info@radjulauretana.com

SKEDA MILIED 2013

Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2013
FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
6.30am Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’
6.35am Talba ta’ Filgħodu
6.40am Innu ta’ Filgħodu
6.45am Waqtiet mal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
6.50am Ħsieb tal-Ġurnata Dun Mikiel Borg
7.00am Rużarju
7.30am Rużarju tal-Erwieħ
7.45am Kurunella lill-Madonna ta’ Loreto
8.00am Bonġu mill-Għajn FESTA. Jinkludi xandira diretta tal-Konċelebrazzjoni Solenni tal- Festa tal- Immakulata Kunċizzjoni mill-Belt Victoria
11.00am 80’s and Beyond Charlene u Daphne Xuereb
12.00pm Angelus
12.03pm Avviżi tal-Parroċċa
12.15pm Tieqa fuq in-Natura ta’ Madwarna Kitba Jason Aloisio. Produzzjoni Joe Brincat
12.20pm Ħsibijiet ta’ Dun Pawl Camilleri Taqra Laurie Anne Camilleri
12.25pm Qatra Għerf għal Kuljum Laurie Anne Camilleri
12.26pm Għalenija Nitolbu bil-Poeżija Ines Ciancio
12.30pm Il-Priedka tal-Ewwel Jum tat-Tridu Festa Lawretana Awwissu 2013. Iwassal il-kelma Patri Pawl Galea OFM
1.00pm Il-Ħadd wara Nofsinhar Josef Cutajar u Charles Portelli
3.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina
3.15pm Reċita tar-Rużarju Sorijiet Klarissi ta’ San Ġiljan
3.45pm Sunday Playlist Antonella Grima u Susan Cassar
5.00pm Quddiesa
5.45pm PM Shift Miguel Refalo
7.00pm Sunday Buzz Daniel Said
8.30pm L-Immakulata Kunċizzjoni fil-Proża u l-Poeżija Feature Produzzjoni l-Kav Joe M Attard
10.30pm Fommi Jxandar it-Tifħir Tiegħek Joe Mejlak
11.30pm Divine Mercy

It-Tnejn 9 ta’ Diċembru 2013
LEJLET IL-FESTA LITURĠIKA TAL-MADONNA TA’ LORETO
6.30am Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija
6.35am Talba ta’ Filgħodu
6.40am Innu ta’ Filgħodu
6.45am Waqtiet mal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
6.50am Ħsieb tal-Ġurnata Dun Mikiel Borg
6.57am Talba lil San Ġużepp
7.00am Rużarju
7.30am Rużarju tal-Erwieħ
7.45am Il-Quddiesa mill-Knisja Arċipretali
8.15am Bonġu mill-Għajn Preżentaturi differenti
10.00am Kelma bejn Tnejn Mary Scicluna
11.30am Tlaqqiegħa Susan Cassar u Mary Anne Refalo
12.00pm Angelus
12.03pm Avviżi tal-Parroċċa
12.15pm Tieqa fuq in-Natura ta’ Madwarna Kitba Jason Aloisio. Produzzjoni Joe Brincat
12.20pm Ħsibijiet ta’ Dun Pawl Camilleri Taqra Laurie Anne Camilleri
12.25pm Qatra Għerf għal Kuljum Laurie Anne Camilleri
12.26pm Għalenija Nitolbu bil-Poeżija Ines Ciancio
12.30pm Elena Bint l-Imperatur Kostantinu XII Maqlub mit-Taljan minn ĠM Paris OP. Taqra Laurie Anne Camilleri
1.00pm Il-Priedka tat-Tieni Jum tat-Tridu Festa Lawretana Awwissu 2013. Iwassal il-kelma Patri Pawl Galea OFM
1.30pm Massimiliano Kolbe: Il-Qaddis tal-Immakulata Dun Mikiel Borg
2.30pm Mill-Ġżira tat-Tliet Għoljiet Produzzjoni Joe Brincat u Roderick Busuttil (r)
3.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina
3.15pm Reċita tar-Rużarju Lina Galea
3.40pm Kurunella lill-Madonna ta’ Loreto
3.50pm Canti Lauretani Innijiet Marjani minn Loreto
4.00pm Is-Saħħa l-Ewwel Antonella Grima titkellem ma’ Nicole Zerafa
4.30pm Mill-Kanzunetta Maltija Charles Portelli
5.30pm It-Talb tas-Salmi mill-Knisja
6.00pm Il-Quddiesa
6.30pm Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna s-Sewda fil-Knisja
7.15pm Il-Ħuġġieġa Lawretana fil-Misraħ
7.30pm Elena (r)
8.00pm Divine Mercy
8.15pm Il-Priedka tat-Tieni Jum tat-Tridu Festa Lawretana Awwissu 2013 (r)
8.45pm Festa della Venuta della Santa Casa
Xandira diretta u esklussiva mill-Belt ta’ Loreto fl-Italja. Ix-xandira tinkludi l-velja, il-quddiesa u l- purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna s-Sewda. Jikkummentaw bil-Malti Laurie Anne Camilleri u Lelio Spiteri. Il-velja tkun imxandra dirett ukoll fuq Radju Marija
11.30pm Mill-Album ta’ Radju Lauretana: Il-Purċissjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Loreto Awwissu 2013

It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013
FESTA LITURĠIKA TAL-MADONNA TA’ LORETO
6.30am Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija
6.35am Talba ta’ Filgħodu
6.40am Innu ta’ Filgħodu
6.45am Waqtiet mal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
6.50am Ħsieb tal-Ġurnata Dun Mikiel Borg
6.57am Talba lil San Ġużepp
7.00am Rużarju
7.30am Rużarju tal-Erwieħ
7.45am Il-Quddiesa mill-Knisja Arċipretali
8.15am Bonġu mill-Għajn FESTA Antonella Grima. Jinkludi l-Priedka tat-Tielet Jum tat-Tridu Festa Lawretana Awwissu 2013
9.45am Marija Ikona tal-Fidi – Velja Lawretana Awwissu 2013
10.45am Xandira diretta u esklussiva tal-quddiesa ta’ jum il-festa minn Loreto, l-Italja. Jikkummentaw bil-Malti Laurie Anne Camilleri u Antonella Grima
1.00pm Mal-Kolp tal-Katuba Edizzjoni Speċjali ta’ Jum il-Festa Joe Galea u Ivan Portelli
3.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina Laurie Anne Camilleri
3.15pm Reċita tar-Rużarju Maria Galea u Mary Scicluna
3.40pm Kurunella lill-Madonna ta’ Loreto
3.50pm Canti Lauretani Innijiet Marjani minn Loreto
4.00pm Il-Presepju Tiegħi Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex Malta Sezzjoni Għajnsielem
5.00pm Talb Lawretan
5.15pm Ir-Rużarju Xandira diretta u esklussiva mid-Dar tal-Madonna ġewwa Loreto fl-Italja
6.00pm Il-Quddiesa Solenni ta’ Jum il-Festa u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Jinseġ il-paniġierku Dun Lawrenz Zammit
7.30pm Talba ta’ Qabel l-Irqad
7.33pm Innu ta’ Filgħaxija
7.35pm Avviżi tal-Parroċċa
7.45pm Waqtiet mal-Kristofri (r)
7.50pm Ħsieb tal-Ġurnata (r)
8.00pm Mużika ta’ Kull Żmien Charles Portelli
9.00pm Twemmin u Twettiq Dun Samuel Grech
9.30pm Elena (r)
10.00pm Divine Mercy

L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru 2013
6.30am Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija
6.35am Talba ta’ Filgħodu
6.40am Innu ta’ Filgħodu
6.45am Waqtiet mal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
6.50am Ħsieb tal-Ġurnata Dun Mikiel Borg
6.57am Talba lil San Ġużepp
7.00am Rużarju
7.30am Rużarju tal-Erwieħ
7.45am Il-Quddiesa mill-Knisja Arċipretali
8.15am Bonġu mill-Għajn
9.30am Sinjali u Simboli fil-Liturġija Josephine Xuereb
10.00am Leħen l-Azzjoni Kattolika Rita Said, Margaret Sultana, Rita Xuereb
10.30am Il-Gran Mastri Laurie Anne Camilleri
11.00am Mill-Ġimgħa Museumina 2013
12.00pm Angelus
12.03pm Avviżi tal-Parroċċa
12.15pm Tieqa fuq in-Natura ta’ Madwarna Kitba Jason Aloisio. Produzzjoni Joe Brincat
12.20pm Ħsibijiet ta’ Dun Pawl Camilleri Taqra Laurie Anne Camilleri
12.25pm Qatra Għerf għal Kuljum Laurie Anne Camilleri
12.26pm Għalenija Nitolbu bil-Poeżija Ines Ciancio
12.30pm Elena Taqra Laurie Anne Camilleri
1.00pm Il-Quddiesa Solenni ta’ Jum il-Festa Liturġika tal-Madonna ta’ Loreto (r)
3.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina Laurie Anne Camilleri
3.15pm Reċita tar-Rużarju Carmen Rapa u Rose Zammit
3.45pm Canti Lauretani Innijiet Marjani minn Loreto
4.00pm Eduka Rose Portelli
4.30pm Nixxiegħa ta’ Sliem Bejnietna Membri Museum Subien Għajnsielem
5.30pm Ir-Rużarju mill-Knisja
6.00pm Il-Quddiesa
6.30pm Talba ta’ Qabel l-Irqad
6.33pm Innu ta’ Filgħaxija
6.35pm Avviżi tal-Parroċċa
6.45pm Waqtiet mal-Kristofri (r)
6.50pm Ħsieb tal-Ġurnata (r)
7.00pm Illejla Country Charles Portelli
8.30pm Elena (r)
9.00pm Divine Mercy

Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2013
6.30am Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija
6.35am Talba ta’ Filgħodu
6.40am Innu ta’ Filgħodu
6.45am Waqtiet mal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
6.50am Ħsieb tal-Ġurnata Dun Mikiel Borg
6.57am Talba lil San Ġużepp
7.00am Rużarju
7.30am Rużarju tal-Erwieħ
7.45am Il-Quddiesa mill-Knisja Arċipretali
8.15am Bonġu mill-Għajn Charles Portelli
10.00am Mill-Iskola Primarja Tagħna Sylvana Agius
10.30am Mir-Rivista Għajnsielem Lorietta Buttigieg
11.00am Lil Hinn mill-Għajn Tony Galea
12.00pm Angelus
12.03pm Avviżi tal-Parroċċa
12.15pm Tieqa fuq in-Natura ta’ Madwarna Kitba Jason Aloisio. Produzzjoni Joe Brincat
12.20pm Ħsibijiet ta’ Dun Pawl Camilleri Taqra Laurie Anne Camilleri
12.25pm Qatra Għerf għal Kuljum Laurie Anne Camilleri
12.26pm Għalenija Nitolbu bil-Poeżija Ines Ciancio
12.30pm Elena Taqra Laurie Anne Camilleri
1.00pm Mil-Librerija Tiegħi Maestro Andrew Coleiro
2.30pm Il-Kartelluni tal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
3.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina Laurie Anne Camilleri
3.15pm Reċita tar-Rużarju Membri Irġiel Leġjun ta’ Marija Għajnsielem
3.45pm Canti Lauretani Innijiet Marjani minn Loreto
4.00pm Ilħna tal-Milied Produzzjoni Joe Brincat
4.30pm Black and White Magazine Produzzjoni Għajnsielem FC
5.30pm Rużarju mill-Knisja Parrokkjali
6.00pm Quddiesa
6.30pm Talba ta’ Qabel l-Irqad
6.33pm Innu ta’ Filgħaxija
6.35pm Avviżi tal-Parroċċa
6.45pm Waqtiet mal-Kristofri (r)
6.50pm Ħsieb tal-Ġurnata (r)
7.00pm Good Times Bad Times Frances Busuttil
8.00pm OttoNoveTre Gordon Mifsud
9.00pm Elena (r)
9.30pm Divine Mercy

Il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2013
6.30am Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija
6.35am Talba ta’ Filgħodu
6.40am Innu ta’ Filgħodu
6.45am Waqtiet mal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
6.50am Ħsieb tal-Ġurnata Dun Mikiel Borg
6.57am Talba lil San Ġużepp
7.00am Rużarju
7.30am Rużarju tal-Erwieħ
7.45am Il-Quddiesa mill-Knisja Arċipretali
8.15am Bonġu mill-Għajn
9.30am Stejjer ta’ Dawn il-Gżejjer Kitba Mary Mejlaq. Taqra Dr Ann Marie Mizzi
10.00am Paġni mill-Istorja ta’ Artna Antonella Grima
11.00am Ġmiel in-Natura Jason Aloisio
11.30am Iż-Żgħażagħ Jitkellmu Maria Xerri u grupp ta’ żgħażagħ
12.00pm Angelus
12.03pm Avviżi tal-Parroċċa
12.15pm Tieqa fuq in-Natura ta’ Madwarna Kitba Jason Aloisio. Produzzjoni Joe Brincat
12.20pm Ħsibijiet ta’ Dun Pawl Camilleri Taqra Laurie Anne Camilleri
12.25pm Qatra Għerf għal Kuljum Laurie Anne Camilleri
12.26pm Għalenija Nitolbu bil-Poeżija Ines Ciancio
12.30pm Elena Taqra Laurie Anne Camilleri
1.00pm Tiżwiqa Klassika Dr Silvio Camilleri
1.30pm Rakkonti Natalina Vella
2.00pm Soundtracks Melanie Cassar
3.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina Laurie Anne Camilleri
3.15pm Reċita tar-Rużarju Eileen Attard u Josette Sammut
3.45pm Canti Lauretani Innijiet Marjani minn Loreto
4.00pm Relax Paul Stellini
5.30pm Rużarju mill-Knisja Parrokkjali
6.00pm Quddiesa
6.30pm Talba ta’ Qabel l-Irqad
6.33pm Innu ta’ Filgħaxija
6.35pm Avviżi tal-Parroċċa
6.45pm Waqtiet mal-Kristofri (r)
6.50pm Ħsieb tal-Ġurnata (r)
7.00pm Żiffa Romantika Josephine Xuereb
8.00pm Progessive Dance Manuel Cassar u Anthony Xuereb
9.00pm Elena (r)
9.30pm Divine Mercy

Is-Sibt 14 ta’ Diċembru 2013
6.30am Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’
6.35am Talba ta’ Filgħodu
6.40am Innu ta’ Filgħodu
6.45am Waqtiet mal-Kristofri L-Għaqda tal-Kristofri
6.50am Ħsieb tal-Ġurnata Dun Mikiel Borg
7.00am Rużarju
7.30am Rużarju tal-Erwieħ
7.45am Il-Quddiesa mill-Knisja Arċipretali
8.15am Bonġu mill-Għajn
10.30am Madwar l-Aħbar Dr Joe Mifsud
11.00am Għajn għal Għajn Eman Borg
12.00pm Angelus
12.03pm Avviżi tal-Parroċċa
12.15pm Mal-Kolp tal-Katuba s-Sibt Joe Galea u Ivan Portelli
1.00pm Lumen Fidei Dwar il-Papa Franġisku u l-ewwel enċiklika tiegħu Francesco Pio Attard
2.00pm Il-Milied Dun Mikiel Borg
3.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina
3.15pm Reċita tar-Rużarju Ġuża u Maria Galea
3.45pm Canti Lauretani Innijiet Marjani minn Loreto
4.00pm Inawgurazzjoni tal-Ħames Edizzjoni ta’ Bethlehem f’Għajnsielem Xandira Diretta
5.30pm Rużarju
6.00pm Quddiesa
7.00pm Mal-Kordi tal-Għannejja Charles Portelli
8.30pm Paniġierċi Marjani
9.00pm Divine Mercy

Bullettin 22 ta’ Novembru 2013

JIENA S-SULTAN TAL-QLUB!
San Ġwann fl-Evanġelju jippreżenta mistoqsija drammatika li Ponzju Pilatu jsaqsi lil Ġesu’ meta kien quddiemu, akkużat bit-titlu ta’ Sultan tal-Lhud.
Ġesu’ wieġeb il-mistoqsija tal-Gvernatur Ruman billi jiddikjara li huwa Sultan, iżda mhux ta’ din id-dinja. Hu ma ġiex biex jikkmanda l-bnedmin jew jaħkem fuq l-art, iżda biex jillibera lill-bniedem mill-ħakma tad-dnub u jerġa’ jġeddu f’Alla l-Missier. Hu jżid: Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verita’. U kull min iħobb il-verita’ jisma’ leħni (Ġw 18:37).
Iżda x’inhi l-verita’ li Kristu ġie fid-dinja biex jixhed għaliha? Il-ħajja kollha tiegħu tirrevela li Alla hu mħabba: għalhekk din hija l-verita’ li huwa ġie jixhed għaliha bis-sħiħ, bis-sagrifiċċju ta’ ħajtu stess fuq il-Kalvarju.
Is-salib huwa tron fejn hu mmanifesta s-saltna tiegħu bħala Alla Mħabba: meta joffri lilu nnifsu għad-dnubiet tad-dinja. Hu ġie sabiex ikeċċi l-prinċep ta’ din id-dinja u jwaqqaf is-saltna ta’ Alla darba għal dejjem. Hija saltna li għad trid tiġi mwaqqfa fl-aħħar jum, wara li jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh. L-aħħar għadu li jinqered tkun il-Mewt (1 Kor 15:25-26). L-Iben imbagħad iniedi s-saltna tal-Missier, sabiex Alla jkun kollox f’kollox (1 Kor 15:28).
It-triq biex tilħaq dan il-għan hija l-aċċettazzjoni libera tal-imħabba ta’ Alla. Il-Missier huwa mħabba u verita’ u la l-imħabba u lanqas il-verita’ ma jistgħu jiġu mposti. Il-Papa Emeritu Benedittu XVI jgħidilna li dawn jistgħu jiġu jħabbtu l-bieb tal-qalb u tal-moħħ u fejn huma jidħlu jġibu magħhom paċi u kuntentizza.
Marija tgħallimna kif nikkoperaw mal-imħabba kbira ta’ Alla. Lilha Alla staqsieha, biex tkun l-omm tal-Messija u Marija b’qalb miftuħa rrispondiet għar-rieda ta’ Alla.
Jalla aħna wkoll nafdaw lill-Knisja u lill-umanita’ fl-interċessjoni ta’ Marija sabiex l-imħabba tal-Missier tirrenja fil-qlub kollha.

FIS-SANTWARJU TA’ LOURDES
Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Novembru, Festa tal-Medalja Mirakoluża fit-3.30pm Reċita tar-Rużarju. Fl-4.00pm quddiesa bl-omelija fuq id-devozzjoni lejn din il-Medalja u wara l-quddiesa nlibbsu din il-medalja lil dawk preżenti.

FESTA TA’ KRISTU RE
Il-Ħadd 24 ta’ Novembru niċċelebraw is-Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu u l-għeluq tas-Sena tal-Fidi. Il-Manisfestazzjoni Djoċesana din is-sena ser issir fi Pjazza Santu Wistin ir-Rabat u tkun quddiesa mmexxija mill-Isqof tagħna Mario Grech. Tibda fl-4.30pm. Trasport mill-pjazza fl-4pm. Ikun hemm siġġijiet għal kulħadd. Nagħmlu impenn u nattendu lkoll, kbar u żgħar.
Mistiedna b’mod speċjali t-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel tqarbina flimkien mal-familji tagħhom. IMPORTANTI: Minħabba din il-manifestazzjoni djoċesana, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.15pm.

JUM IL-KARITA’
Matul il-quddies kollu ta’ dan il-weekend il-ġabra tkun għall-Karita’, b’risq l-għajnuna li d-Djoċesi tagħna ta’ Għawdex tagħti lil bosta familji fil-bżonn u għadd kbir ta’ immigranti rregolari li hawn Għawdex. Inkunu ġenerużi ma’ min jeħtieġ l-għajnuna tagħna.

L-ENVELOPES TAL-KARITA’
L-ENVELOPES li tqassmu l-ġimgħa l-oħra mal-bullettin mhux ser jinġabru bieb bieb imma fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd 23 u 24 ta’ Novembru jew twassluhom fil-kaxxa l-knisja jew id-Dar Parrokkjali. Inkunu ġenerużi u nagħtu minn qalbna. Il-karità hija dejjem l-aqwa ħaġa li jitlob minna l-Mulej.

TALB QDUSIJA PERSUNI KKONSAGRATI
It-talb għas-saċerdoti u lajċi kkonsagrati se jinżamm is-Sibt 23 ta’ Novembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Nadur. It-talb ikun mis-6.30pm sat-8.30pm. Trasport fis-6pm.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN
Rose Grech toffri €20 b’suffraġju ta’ ommha Mary Grech f’għeluq il-5 snin mill-mewt tagħha fil-21 ta’ Novembru. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem!

FESTA FAMILJA – THANKSGIVING FIĊ-ĊENTRU PARROKKJALI
IS-SIBT 30 ta’ Novembru 2013 fis-7pm
Okkażjoni sabiħa għall-familja kollha b’divertiment apposta għat-tfal b’risq l-attivitajiet taż-żgħażagħ u ċ-Ċentru Parrokkjali. Biljetti: Kbar €6, tfal sa Year 6 €3, Tfal sa preschool b’xejn.
BILJETTI mid-Dar Parrokkjali, mingħand il-voluntiera u miċ-Ċentru.

MILL-KLABB TAL-FUTBOL
Il-Kumitat tal-Għajnsielem FC javża li l-Ħadd 24 ta’ Novembru ser ssir quddiesa ċ-ċimiterju fil-11am b’suffraġju tal-membri u l-plejers li ħallewna. Din tkun immexxija mid-Direttur Spiritwali tal-klabb Dun Frankie Bajada. Kulħadd mistieden.

MILL-GĦAQDA TAL-ARMAR
Ser issir ikla b’risq l-armar tal-festa nhar it-12 ta’ Diċembru. Se jiġi organizzat it-tqassim tar-rigali minn Santa Claus lejlet il-Milied. Dettalji aktar ‘il quddiem.

GET TOGETHER
Ser isir get together b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl fid-dar Stella Maris, iż-Żebbuġ, il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru fl-4pm. Ikun hemm tombla, spot prizes, ikel u ħelu. Biljetti: kbar €6, tfal €3. Jinxtraw minn Dar Stella Maris jew ċemplu 21551159.

GRAZZI Lil Ġorġa Galea li tat €50 għall-arloġġ b’sufraġju ta’ ommha Rosa Galea.
Il-Kumitat tal-Promozzjoni Umana jirringrazzja lill-Kunsill Lokali li sponsorja r-refreshments tal-ħarġa għall-anzjani tad-19 ta’ Novembru, 2013.

RESPONSABILTA’
Iż-żgħar tagħna jridu kura, tagħlim u direzzjoni. Din hija responsabilta’ li aħna , bħala parroċċa, nippruvaw ngħinu fiha lill-ġenituri. Għalhekk għeżież ġenituri Ibagħtu lil uliedkom għat-tagħlim. Araw fejn u ma’ min ikunu speċjalment jekk għadhom taħt l-età. AĦJAR UFF MILLI AĦĦ!!
L-Arċipriet

Bullettin 15 ta’ Novembru 2013

IS-SENA TAL-FIDI RIESQA LEJN IT-TMIEM
Id-deżert huwa l-post tal-vojt, il-post tas-skiet, il-post fejn tiltaqa’ miegħek innifsek. Il-Papa Emeritu Benedittu XVI fl-omelija tiegħu fil-ftuħ tas-Sena tal-Fidi nhar il-Ħamis 11 ta’ Ottubru 2012 qal: F’dawn l-aħħar żminijiet rajna li l-bniedem daħal f’deżert spiritwali fejn iħoss il-vojt f’ħajtu. Anki minn diversi ġrajjiet storiċi traġiċi moderni rajna xi tfisser meta l-bniedem ineħħi lil Alla kemm minn ħajtu u anki mid-dinja. Illum dan it-twemmin ta’ vojt mingħajr Alla sar aktar komuni madwarna. Għalhekk aħna mistiedna li minn din l-esperjenza tad-deżert, minn dan il-vojt, nerġgħu niskopru l-ferħ li tkun temmen. Irridu naraw kemm hu importanti li temmen għalina l-bnedmin. F’nofs dan id-deżert ta’ madwarna naraw li hawn ħafna li għandhom għatx kbir biex jiskopru lil Alla. Għalhekk f’dan id-deżert hemm bżonn ta’ bnedmin li permezz tal-fidi tagħhom, permezz tax-xhieda ta’ ħajjithom, juru t-triq lill-oħrajn ta’ fejn hi l-art imwiegħda tagħna. Meta tgħix il-fidi tiegħek tkun qed tiftaħ qalbek għall-grazzja ta’ Alla li teħilsek mill-egoiżmu u l-pessimiżmu.
 Aħna għalhekk neħtieġu li nimlew qalbna, u nixegħlu l-fanal ta’ qalbna bil-fjamma tal-fidi u l-imħabba. Dan sabiex l-ewwel nett insibu t-triq li teħles lilna nfusna mid-deżert u mill-vojt ta’ ħajjitna.
 Neħtieġu wkoll li nkunu ta’ boxxla u direzzjoni għal dawk li naqdu permezz tal-ministeru tagħna biex ngħinu fil-ħruġ mid-deżert sabiex niltaqgħu fl-art imwiegħda li hija ħajja ta’ komunjoni mal-Mulej.

QUDDIES
Min jixtieq jordna quddies tal-ħin fil-Knisja Parrokkjali għax-xhur Jannar, Frar u Marzu 2014, jista’ jagħmel dan fl-uffiċċju parrokkjali nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn id-9am u 12pm.

GRAZZI
Mill-bott ta’ Tony’s Bar €50

FESTA TA’ KRISTU RE
Il-Ħadd 24 ta’ Novembru niċċelebraw is-Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu u l-għeluq tas-Sena tal-Fidi. Minħabba l-manifestazzjoni djoċesana, il-quddiesa ta’ filgħaxija għal dakinhar biss tkun fis-6pm. Dakinhar fil-knisja matul il-quddies kollu ssir il-ġabra għall-Karita’, b’risq l-għajnuna li d-Djoċesi tagħna ta’ Għawdex tagħti lil bosta familji fil-bżonn u għadd kbir ta’ immigranti rregolari li hawn Għawdex. Dalwaqt ukoll jitqassam envelope biex ngħinu għal dan il-għan.

FESTA TAL-APPOSTLU SANT’ ANDRIJA
Illum il-Ħadd 17 ta’ Novembru qegħdin nagħmlu l-festa ta’ Sant’Andrija. Fil-5pm ikollna l-quddiesa u wara purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis. Wara l-pirċissjoni ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-Knisja. Inħeġġu lill-fratelli biex jakkumpanjaw il-purċissjoni.

RADJU LAURETANA
Għaddejjin il-preparamenti meħtieġa għall-iskeda tal-Milied li tibda l-Ħadd 8 ta’ Diċembru. Ser ikollna ħafna programmi varjati u xandiriet speċjali. Ta’ min jgħid li din is-sena, Radju Marija ser jingħaqad ma’ Radju Lauretana u jxandar il-velja minn Loreto nhar id-9 ta’ Diċembru, il-festa nhar l-10 ta’ Diċembru, in-novena tal-Milied mill-knisja tagħna, il-purċissjoni tal-Bambin Ġesu’ lejlet il-Milied u l-quddiesa ta’ nofsillejl bil-prietka tat-tifel. Ser isiru wkoll xandiriet diretti minn Bethlehem f’Għajnsielem fuq iż-żewġ stazzjonijiet fl-istess ħin.

GĦAN-NISA KOLLHA
Ser isir nofs ta’ nhar għan-nisa f’Lourdes Home l-Erbgħa 20 ta’ Novembru mid-9am sa 12pm. Ikun hemm qrar, quddiesa minn Dun Charles Buttigieg, kafe’ u tombla.

LAQGĦA AZZJONI KATTOLIKA
Nhar il-Ħamis minflok il-laqgħa tal-Azzzjoni Kattolika tan-nisa ser nitilqu minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali fit-8.30am u nimxu lejn iċ-ċimiterju fejn fid-9am jkollna quddiesa b’suffraġju tal-membri u d-diriġenti mejtin. Kulħadd mistieden speċjalment il-qraba.

LAQGĦA ŻGĦAŻAGĦ GĦAWDXIN F’MALTA
Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ tixtieq tistieden liż-żgħażagħ Għawdxin f’Malta għal laqgħa ta’ ħbiberija fil-kappella tal-Università, nhar it-Tnejn li ġej, 18 ta’ Novembru, fis-7.30pm. It-tema tad-diskussjoni se tkun Il-Ħajja ta’ wara l-Mewt: teżisti jew le? (Il-laqgħa kellha ssir fil-11 ta’ Novembru, imma kienet ġiet posposta minħabba l-maltemp.)

TALB GĦALL-QDUSIJA TAL-PERSUNI KKONSAGRATI
It-talb għas-saċerdoti u lajċi kkonsagrati ser jinżamm is-Sibt 23 ta’ Novembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Nadur. It-talb ikun mis-6.30pm sat-8.30pm. Trasport jitlaq fis-6pm.

MILL-KLABB TAL-FUTBOL
L-Għajnsielem Football Academy qed torganizza attivita’ għat-tfal ta’ bejn il-5 u l-10 snin u l-ġenituri tagħhom il-Ħadd 17 ta’ Novembru mill-5pm ‘il quddiem fil-Lucky Jacks (Downtown) ir-Rabat. Ħlas €10. Il-prezz jinkludi l-ikel, ix-xorb u bowling.
Il-Kumitat tal-Għajnsielem FC javża li l-Ħadd 24 ta’ Novembru ser ssir quddiesa ċ-ċimiterju fil-11am b’suffraġju tal-membri u l-plejers li ħallewna. Din tkun immexxija mid-Direttur Spiritwali tal-klabb Dun Frankie Bajada. Kulħadd mistieden.

LAQGĦA KUNSILL PARROKKJALI
Il-laqgħa li jmiss tal-kunsill parrokkjali ser tkun nhar l-Erbgħa li ġejja 20 ta’ Novembru fil-5.00pm. Niddiskutu flimkien il-proposti parrokkjali għall-pjan pastorali għall-parroċċa tagħna skont il-pjan pastorali tad-djoċesi għat-tliet snin li ġejjin.

PASTA NIGHT
Infakkru li fl-okkażjoni tal-festa ta’ “Thanksgiving” iż-żgħażagħ taċ-Ċentru Parrokkjali qed jorganizzaw FESTA GĦALL-FAMILJI li tinkludi pasta night għall-familji u logħob għat-tfal nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru fis-7pm. Aħsbu għall-biljetti mid-Dar Parrokkjali, Pen&Pencil u Marie’s Hair Salon. Inkunu ngħinu ċ-Ċentru Parrokkjali u l-attivitajiet taż-żgħażagħ tagħna.

ILQA’ FI ĦDANEK Missier Ħanin, ir-ruħ għażiża ta’ Loreta Xuereb mill-Komunita’ Parrokkjali tagħna li ħalliet din id-dinja fit-8 ta’ Novembru 2013 fl-eta’ ta’ 78 sena.

Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Weekly Bullettin – 8 Nov 2013

NOVEMBRU – RIFLESSJONI FUQ ĦAJJITNA

Mulej, kemm int tal-għaġeb fl-għemejjel kollha tiegħek! Kemm huwa sabiħ il-ħolqien li jpaxxi s-sensi tagħna, hekk li naslu biex infaħħruk bil-fomm tagħna u b’kulma aħna!

Il-mewt, il-ġisem tagħna jibda għaddej minn proċess naturali ta’ taħsir sakemm isir trab. Xejn ma nieħdu magħna, ħlief l-għemejjel ta’ mħabba li nkunu għamilna fuq din l-art. Sewwa qal il-Papa Franġisku, meta nhar Ħadd il-Palm (24 ta’ Marzu 2013) ftakar f’dak li kienet tħobb tgħid in-nanna tiegħu: Il-kefen m’għandux bwiet. X’jiswa li norbtu qalbna ma’ tant ħwejjeġ li jgħaddu? Oġġetti, akkwisti materjali, titli, unuri…kollox jgħaddi! Jibqa’ biss dak li bnejna fir-relazzjoni tagħna miegħek, Mulej Ġesu’.

Pero’ għalkemm ġisimna jsir trab fil-qabar, aħna nemmnu li dan l-istess ġisem għad jerġa’ jqum: Aħna għandna tama qawwija li hu, bħal dawk kollha li jmutu fil-għaqda ma’ Kristu, għad jerġa’ jqum għall-ħajja ma’ Kristu fl-aħħar jum. Sant’ Irinew kien iħobb jgħid: Kif jista’ jkun li dan il-ġisem tagħna li tmantna bl-Ewkaristija jispiċċa fix-xejn għal dejjem?

Jiena nemmen li ġismi li rċieva n-nutriment spiritwali bil-Ġisem u d-Demm tiegħek, Mulej Ġesu’, għad jerġa’ jqum. Dan il-ġisem li daq minn qabel, minn din l-art, il-ħajja Trinitarja permezz tal-Ewkaristija, għad igawdi t-Trinita’ għal dejjem u b’mod sħiħ meta jsir ġisem glorjuż – ġisem glorjuż bħal dak tiegħek Mulej Ġesu’ u bħal ta’ Ommok Marija Mtellgħa fis-Sema bir-ruħ u bil-ġisem.

Missier Qaddis, inti għad tbiddel il-ġisem imsejken tagħna fis-sura tal-ġisem glorjuż ta’ Ibnek Ġesu’. Daħħalna fis-saltna tiegħek, fejn nittamaw li aħna wkoll għad naslu…Hemm int tixxotta kull demgħa minn għajnejna, hemm narawk, Alla tagħna, kif Inti fik innifsek, hemm insiru nixbhuk għal dejjem, u għal dejjem infaħħruk.

Matul dan ix-xahar nitolbu għal dawk li daħlu qabilna fl-eternita’ u nirriflettu aktar fuq ħajjitna. Aħna wkoll għad nagħmlu dan il-pass!

QUDDIESA F’JUM IT-TIFKIRA

Il-quddiesa tal-10am tal-Ħadd 10 ta’ Novembru ser tkun immexxija miż-żgħażagħ u tkun b’risq il-vittmi tal-Gwerra. Wara l-quddiesa ssir iċ-ċerimonja tat-tberik ħdejn il-monument tal-gwerra. Din it-tifkira qed issir bl-inizjattiva tal-Kunsill Lokali.

FESTA TAL-MARTRI SAN ĠILJAN

Illum il-Ħadd 10 ta’ Novembru qegħdin nagħmlu l-festa ta’ San Ġiljan. Fil-5pm ikollna l-quddiesa u wara purċissjoni qasira bil-Korp Sant tal-Qaddis mill-Knisja Parrokkjali għall-Knisja l-Qadima fejn issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Stedina lill-istudenti li din is-sena ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof biex jieħdu sehem. Ser jieħdu l-impenn ta’ ħidma u preparazzjoni. Inħeġġu lill-abbatini u lill-fratelli biex jakkumpanjaw il-purċissjoni.

EWRO COLLECTION

Matul il-quddies kollu ta’ dan il-weekend il-ġabra fil-knisja tkun b’risq il-festa titulari 2014. Inkunu ġenerużi bħal dejjem. Fejn nistgħu nagħtu Ewro.

MILL-KAŻIN TAL-BANDA

Twellija tal-Bar – Mit-Tnejn 11 ta’ Novembru il-Kumitat tal-Banda San Ġużepp ser jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-każin għas-snin li ġejjin. Applikazzjonijiet mingħand il-membri tal-Kumitat bi ħlas ta’ €10. L-offerti jagħlqu l-Ġimgħa 6 ta’ Dicembru 2013 fis-6pm.

Festa Santa Ċeċilja – L-Għaqda Mużikali  San Ġużepp ser tagħmel quddiesa fil-kappella ta’ Santa Ċeċilja lejlet il-festa ta’ din il-patruna tal-mużiċisti u l-baned Maltin nhar il-Ħamis 21 ta’ Novembru fis-7pm

REGINA ET MATER

Wasal iż-żmien li nġeddu l-abbonament fir-rivista Regina et Mater lil Ħbiebna għas-sena 2014. Toħroġ darba f’xahar u jkun fiha artikli u stejjer attwali. Ħlas €5 biss! Huma ħafna mir-raħal tagħna li huma abbonati. Inħeġġu lil oħrajn jagħmlu l-istess. Kellmu lil Terri Camilleri (21555518).

GRAZZI

Għall-arloġġ –NN €100, Frenca Attard €70.

INFAKKRU

  • Il-parroċċa għandna l-blog tagħha http://radjulauretana.com/parish/
  • Is-Sibt 16 ta’ Novembru se ssir l-Ikla ta’ San Martin b’risq is-seminarju fis-7pm. Biljetti mingħand L-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju jew mis-seminarju (21556479).
  • Iċ-Ċentru Parrokkjali tagħna ser itella’ s-serata tal-Milied il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru. Kull min jixtieq jieħu sehem jiġbor applikazzjoni mill-Uffiċċju Parrokkjali u jwassalha lura mimlija sat-13 ta’ Diċembru.

ŻJARA QASIRA

Il-Ħamis 7 ta’ Novembru kellna żjara qasira minn Roberto Stefanelli Delegat tad-Dar Imqaddsa ta’ Loreto u Padre Marcello Montanari, il-Gwardjan tal-Komunita’ tal-Patrijiet Kapuċċini li jindokraw is-Santwarju Lawretan. Huma kienu Malta fl-okkażjoni tal-Konferenza Internazzjonali tal-European Marian Network, għaqda ta’ għoxrin santwarju mid-dinja kollha ddedikati lill-Madonna taħt diversi titli. Din il-konferenza ssir kull sena f’pajjiżi differenti. Din is-sena qed issir Malta. Matul il-ftit ħin li għamlu magħna, huma żaru l-knisja tagħna, Radju Lauretana, il-Knisja l-Qadima u d-dar parrokkjali. L-Arċipriet wassal it-talba tiegħu b’mod uffiċċjali lill-Arċisqof Prelat ta’ Loreto Mons Giovanni Tonucci biex sena oħra jkun il-mistieden speċjali għall-festa li ser niċċelebraw f’Awwissu 2014 fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali u tal-125 tal-Knisja l-Qadima.

PASTA NIGHT

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ “Thanksgiving” iż-żgħażagħ taċ-Ċentru Parrokkjali ser jorganizzaw FESTA GĦALL-FAMILJI li tinkludi pasta night għall-familji u logħob għat-tfal is-Sibt 30 ta’ Novembru fis-7pm. Biljetti mid-dar parrokkjali, Pen&Pencil u Marie’s Hair Salon.

DUN ĠORĠ – IL-MUSICAL 

F’għeluq is-sena tal-fidi, l-Oratorju Don Bosco ser itella’ l-musical Dun Ġorġ. Dan ser isir is-Sibt 9  u s-Sibt 16 ta’ Novembru fis-7.30pm u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fis-2pm. Booking miftuħ mill-5pm ‘il quddiem mill-Oratorju stess. Tista’ iċċempel 21556616 jew 99487751.