Monthly Archives: July 2014

Bullettin 11 ta’ Lulju 2014

FESTA TA’ OMMNA MARIJA ~ FESTA TAL-KNISJA TAGĦNA

FESTA TAL-PARROĊĊA GĦAŻIŻA TAGĦNA

FESTA TAL-QALB NISRANIJA TAGĦNA

Is-SIBTIJIET BI PREPARAZZJONI GĦALL-FESTA
Ikompli s-Sibtijiet bi preparazzjoni għall-festa tal-Madonna ta’ Loreto. Is-Sibt 12 ta’ Lulju jkollna lill-Arċpriet Mons. Ġużeppi Attard flimkien mal-Parroċċa tal-Kattidral. Nattendu għall-quddiesa tas-7pm.

IT-TIELET ĠABRA GĦALL-FESTA
Ma’ dan il-bullettin qed tiriċievu l-envelopes għall-ġabra bieb bieb ta’ Lulju għall-festa. Din ser issir matul il-ġimgħa li ġejja u l-weekend 19-20 ta’ Lulju mill-voluntiera tal-Parroċċa. Kulħadd jagħti b’responsabiltà u ġenerożità bħal dejjem. Inkunu ġenerużi ma’ Ommna Marija Lauretana fil-festa tagħha. Grazzi mill-qalb bil-quddiem.

TOUR/PELLEGRINAĠĠ GĦAL LORETO
Kif ħabbarna diġa’, bħala parti mill-festi speċjali ta’ din is-sena, il-parroċċa qed torganizza pellegrinaġġ uniku għal Ruma, Assisu u Loreto fl-Italja f’Diċembru biex inkunu hemm għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u għall-festa liturġika tal-Madonna ta’ Loreto. Minkejja li ż-żmien għadu ftit ‘il bogħod, imma l-bookings deħlin ġmielhom. Jekk beħsiebek tissieħeb f’dan it-tour, ibbukkja issa fl-Uffiċċju Parrokkjali. Jekk nibqgħu sejrin hekk il-postijiet ser jimtlew dalwaqt.

FESTA TAL-MADONNA TAL-KARMNU
L-Erbgħa 16 ta’ Lulju niċċelebraw il-festa tal-Verġni Mbierka taħt it-titlu tal-Karmelu. Ikollna quddiesa fis-7.30pm fi Triq Imġarr ħdejn in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu u fit-8pm fi Triq Ħamri.

MIĊ-ĊENTRU PARROKKJALI…

NIGHT FUN GAMES . . . organizzati mill-GSM Youths fis-sajf jibdew it-Tnejn 14 ta’ Lulju. Niltaqgħu fejn iċ-Ċentru Parrokkjali fit-8pm.

GĦALL-ADOLOXXENTI – MTL GROUP. . . Qed ikollna attivitajiet kull nhar ta’ Tlieta filgħodu fiċ-Ċentru Parrokkjali.

LEZZJONIJIET TAŻ-ŻFIN . . . ikomplu nhar ta’ Erbgħa filgħodu.

IL-LEĠJUN TA’ MARIJA . . . matul is-sajf ser jorganizza sessjonijiet ta’ crafts għall-bniet minn 9 snin ‘il fuq darba fil-ġimgħa nhar ta’ Erbgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali mid-9.30 sal-11.00am. Min jixtieq jibgħat lit-tfal għal din l-attività jimla formola apposta u jgħaddiha fil-letter box ta’ Dessie Falzon ta’ “Ma Joie” Triq Ħamri sal-Ħadd 13 ta’ Lulju.

KOR VIRGO. . . provi kull nhar ta’ Sibt fil-5pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-provi jibdew dritt wara l-laqgħa tal-Leġjun ta’ Marija taż-żgħar.

QUDDIESA ANIMATA MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Il-Ħadd 13 ta’ Lulju, il-quddiesa tal-10am tkun animata miż-żgħażagħ tagħna. Iż-żgħażagħ kollha huma mistiedna jkunu preżenti.

RITRATTI U VIDEO TAL-GRIŻMA
Min jixtieq jordna ritratti u video tal-funzjoni tal-Griżma li saret fil-15 ta’ Ġunju, jista jagħmel dan fl-Uffiċċju Parrokkjali fi Pjazza Indipendenza.

ĠABRA GĦAN-NAR – Grazzi
L-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Diċembru tixtieq tirringrazzja lill kull min ta’ l-offerta tiegħu għan-nar. Min ma kienx id-dar waqt il-ġabra bieb bieb li saret mill-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Diċembru għan-nar tal-festa jista’ jwassal l-offerta tiegħu fil-letter box tad-Dar Parrokkjali jew javviċina lil xi membru tal-istess għaqda. Il-ġbir għan-nar qed isir minn din l-għaqda. Kulħadd jgħin mill-aħjar li jista’.

ĦARĠA MALTA
Infakkru fil-ħarġa għal Malta li l-parroċċa qed torganizza t-Tlieta 15 ta’ Lulju. Tluq mill-Pjazza fis-7am bil-coach li teħodna Malta dirett. Inżuru r-Redentur tal-Isla fejn ikollna quddiesa, il-monti tal-Birgu, u jkollna ħin il-Belt Valletta fejn inżuru wkoll il-Madonna tal-Karmnu lejlet il-festa tagħha. Biljetti għall-coach (mill-pjazza sal-pjazza) €8 mill-Uffiċċju Parrokkjali.Għall-vapur kulħadd iħallas tiegħu. Tħallux għall-aħħar.

AVVIŻ MILL-KUNSILL LOKALI T’GĦAJNSIELEM
Il-kunsill lokali ħa jorganizza ħarġa għat-Trade Fair f’Montekristo Estates il-Ħamis 17 ta’ Lulju. Tluq mal-vapur tal-4.30pm u lura ma’ tal-11.45pm. Min hu interessat, jikkuntatja minnufih lill-Kunsill fuq 21561515 – il-postijiet huma limitati. Kulħadd jixtri l-biljetti tiegħu għall-vapur. Niltaqgħu fit-terminal tal-Gozo Channel.

L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex – Malta Sezzjoni Għajnsielem ser torganizza kors dwar it-teknika tal-bini tal-presepju bil-jablo mill-21 sal-25 ta’ Lulju 2014 (4.30pm sas-6.30pm) fis-sala tal-każin tal-banda San Ġużepp f’Għajnsielem. Fil-kors jintwera kif isir disinn tal-presepju, kostruzzjoni, applikazzjoni tal-ġibs u t-teknika taż-żebgħa. Kull min jattendi għal dan il-kors ser jaħdem fuq il-presepju tiegħu. Prezz €20 materjal inkluż. Dawk li huma interessati li jattendu dan il-kors jistgħu jiġbru applikazzjoni mill-Kunsill Lokali Għajnsielem.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN
• Joyce Grech toffri €20 b’suffraġju ta’ Ġanni u Rita Debrincat f’għeluq it-3 snin mill-mewt tagħha.
• Ġiaċinta Buttigieg u l-familja joffru €20 b’suffraġju ta’ Nazzareno Buttigieg f’għeluq it-tieni sena mill-mewt tiegħu.
Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

NGĦIXU L-KONSAGRAZZJONI TAL-KNEJJES TAGĦNA
• Bil-preżenza ħajja tagħna għall-Quddiesa.
• Bir-rispett lejn id-Dar ta’ Alla billi mmoru lebsin xieraq, sew in-nisa u sew l-irġiel.

 

Bullettin 4 ta’ Lulju 2014

PARROĊĊA MADONNA TA’ LORETO  Għajnsielem
MUMENT TANT SABIĦ!
Kien mument tassew sabiħ meta nhar it-Tnejn li għadda 30 ta’ Ġunju ltqajna flimkien bħala komunita’ parrokkjali fil-Knisja l-Qadima biex inroddu ħajr lil Alla fl-okkażjoni tal-125 sena mill-konsagrazzjoni ta’ din il-knisja. Ejjew ngħożżu dak li ħallewlna missirijietna u lil hinn mill-knisja tal-ġebel, inkomplu nissaħħu fil-valuri sbieħ li trabbejna fihom u bihom u nimpenjaw ruħna li nkunu ġebel ħaj tal-Knisja fid-dinja tal-lum.
L-Arċisqof Giovanni Tonucci Waqt l-omelija li għamel l-Arċipriet waqt il-funzjoni ta’ filgħaxija, huwa semma’ fost l-oħrajn li għall-festa ta’ din is-sena, ser ikun hawn magħna l-ET Monsinjur Giovanni Tonucci l-Arċisqof Prelat ta’ Loreto. Din ser tkun l-ewwel darba li l-parroċċa tagħna ser tilqa’ lill-Arċisqof ta’ dan il-post tant għażiż u b’rabta tant speċjali mal-parroċċa u r-raħal tagħna. Mhux biss, imma l-Parroċċa ser torganizza pellegrinaġġ għal Ruma, Assisi u Loreto fil-bidu ta’ Diċembru ħalli nkunu Ruma għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u ġewwa Loreto għall-Festa della Venuta tad-9 ta’ Diċembru u għall-jum il-festa liturġika tal-Madonna ta’ Loreto nhar l-10 ta’ Diċembru. Ser inkunu l-mistiedna speċjali tal-Arċisqof Tonucci. Dawn l-aħħar żewġ okkażjonijiet konna ngħixuhom permezz tax-xandira diretta fuq Radju Lauretana. Issa ser ikollna x-xorti kbira li ngħixuhom personalment, ser inkunu ġewwa Loreto. Min jixtieq jingħaqad ma’ dan il-pellegrinaġġ, ikellem lill-Arċipriet. Veru li għadu ftit taż-żmien imma tħallux għall-aħħar għax il-postijiet li għandna diġa’ qegħdin jimtlew.

NIĠĠEDDU FI KRISTU!
FESTA TA’ OMMNA MARIJA ~ FESTA TAL-KNISJA TAGĦNA
FESTA TAL-PARROĊĊA GĦAŻIŻA TAGĦNA
FESTA TAL-QALB NISRANIJA TAGĦNA

Is-SIBTIJIET BI PREPARAZZJONI GĦALL-FESTA
Ikompli s-Sibtijiet bi preparazzjoni għall-festa tal-Madonna ta’ Loreto. Is-Sibt 5 ta’ Lulju ser ikollna lil P. Marcell Portelli MSSP, missjunarju Għawdxi fil-Perù. Is-Sibt 12 ta’ Lulju jkollna lill-Arċpriet Mons. Ġużeppi Attard flimkien mal-Parroċċa tal-Kattidral u fid-19 ta’ Lulju lill-Arċipriet Dun Reuben Micallef u l-Parroċċa taż-Żebbuġ. Nattendu għall-quddiesa tas-7pm.

MIĊ-ĊENTRU PARROKKJALI

NIGHT FUN GAMES . . . organizzati mill-GSM Youths fis-sajf jibdew it-Tnejn 14 ta’ Lulju. Applikazzjonijiet mill-Uffiċċju jew iċ-Ċentru Parrokkjali. Tħallux għall-aħħar. Jistgħu jieħdu sehem dawk li fl-aħħar sena skolastika kienu Yr 5 sa Form 3.

GĦALL-ADOLOXXENTI – MTL GROUP. . .
Ser ikollna attivitajiet kull nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa filgħodu fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nibdew nhar it-Tlieta li ġejja 8 ta’ Lulju, 2014 bil-quddiesa ta’ 9am.

LEZZJONIJIET TAŻ-ŻFIN . . . ser ikomplu nhar ta’ Erbgħa filgħodu. Min jixtieq jibda kellmu lil Eleonora fuq 99866711.

IL-LEĠJUN TA’ MARIJA . . . matul is-sajf ser jorganizza sessjonijiet ta’ crafts għall-bniet minn 9 snin ‘il fuq darba fil-ġimgħa nhar ta’ Erbgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali mid-9.30 sal-11.00am. Min jixtieq jibgħat lit-tfal għal din l-attività jista’ jimla formola apposta u jgħaddiha fil-letter box ta’ Dessie Falzon ta’ “Ma Joie” Triq Ħamri sal-Ħadd 13 ta’ Lulju, 2014.

KOR VIRGO. . . Ser jerġa’ jibda jiltaqa’ kull nhar ta’ Sibt fil-5pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-provi jibdew dritt wara l-laqgħa tal-Leġjun ta’ Marija taż-żgħar.

EWRO COLLECTION
Il-festa qed toqrob ġmielha u magħha l-ispejjeż neċessarji biex torganizzaha. Matul il-quddies kollu ta’ dan il-weekend il-ġabra fil-knisja tkun b’risq il-festa. Ngħinu kif u kemm nistgħu. Nagħtu Ewro jew aktar.

GĦOTI TA’ DEMM Dan jista’ jsir fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex it-Tlieta 8 ta’ Lulju mis-1pm sal-5pm.

GRAZZI
• Il-grupp taż-żgħażagħ jirringrazzja lil dawk kollha li ġabu l-karozza tagħhom waqt il-Car Wash b’risq l-isptar ta’ Cottolengo Turin. Inġabret is-somma sabiħa ta’ €560. Min jixtieq ikompli jgħin, ikellem lil Fr Joseph Farrugia.
• OFFERTA LILL-MADONNA NN €20, Għal-Lampier NN€50, Għas-sagristiji NN€50.

GRADWATI Dawk li ggradwaw f’din l-aħħar sena u jixtiequ li nsemmuhom fuq ir-rivista Għajnsielem jibagħtulna d-dettalji tagħhom flimkien ma’ ritratt fuq l-email: dunfrankiebajada@yahoo.com.

BBQ KBIR
Il-kumitati tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, l-Għaqda Armar Għajnsielem, Għaqda Nar 10 ta’ Diċembru u Għajnsielem FC jixtiequ javżaw li ser isir BBQ KBIR fiż- Żewwieqa nhar is-Sibt 12 ta Lulju mit-8pm ‘il quddiem bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali u l-Parroċċa. Biljetti mingħand il-membri tal-kumitati rispettivi. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 99880879 jew 99270315. Inħeġġu lill-poplu Għajnselmiż sabiex jattendi għal din l-attività unika li ser issir dan is-sajf. Fl-istess ħin tkunu qed tgħinu l-għaqdiet tar-raħal tagħna. Narawkom.

ĦARĠA MALTA
Il-Parroċċa ser torganizza ħarġa għal Malta t-Tlieta 15 ta’ Lulju. Tluq mill-Pjazza fis-7am bil-coach li teħodna Malta dirett. Inżuru r-Redentur tal-Isla fejn ikollna quddiesa, il-monti tal-Birgu, u jkollna ħin il-Belt Valletta fejn inżuru wkoll il-Madonna tal-Karmnu lejlet il-festa tagħha. Biljetti għall-coach (mill-pjazza sal-pjazza) €8 mill-Uffiċċju Parrokkjali.Għall-vapur kulħadd iħallas tiegħu.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN
Loreta Azzopardi u l-familja joffru €20 għall-ispejjeż ta’ dan il-bullettin b’suffraġju tal-għeżież tagħhom Lorenzo u Carmela Xuereb.
Mulej agħtihom il-mistriieħ ta’ dejjem.