Monthly Archives: November 2015

Bullettin 20 ta’ Novembru 2015

L-34 Ħadd ta’ Matul is-Sena – Kristu Sultan

Soċjeta’ ta’ Valuri

Mulej, illum kulħadd jitkellem fuq valuri; valuri li għosfru, valuri moderni, valuri li bil-paroli kulħadd jgħid li jixtieq. U int, Mulej, toffrilna s-soluzzjoni fil-Persuna u t-Tagħlim ta’ Ibnek, ix-xhud ta’ min joqgħod fuqu; Dak li twieled u ġie fid-dinja biex juri l-verita’. Dak li ħallna mill-konfużjoni tagħna mhux bil-paroli jew x-xewqat biss imma bis-saħħa ta’ demmu – bil-provi. Dak li ma ġiex jibni saltna ta’ did-dinja mibnija fuq il-ġlied, it-tkeskis u l-firdiet, il-vjolenza, imma saltna ta’ qdusija u grazzja, saltna ta’ ġustizzja, imħabba u sliem. Saltna ta’ valuri li tant nixtiequ, tant inparlaw fuqhom u tant nitbiegħdu minnhom.

Mulej, xennaqna nġeddu kollox fi Kristu li fi kliemu, f’għemilu, f’tagħlimu, il-valuri ma kinux karikaturi, ma kinux propaganda, ma kinux kalkoli, imma frott ta’ konvinzjoni, ta’ ko-erenza, ta’ proġett li jixraq lill-bniedem, li jaqbel lill-bniedem, li possibli għall-bniedem. Lilu kull ġieh u glorja. Lilu għandhom ifaħħru l-ġnus, il-popli, l-ilsna.

Hu l-Mulej,

Hu l-Mulej.

Kull irkoppa tmil.

Kull ilsien jistqarr

Li Hu,

Hu l-Mulej.

FESTA TA’ KRISTU SULTAN

Qegħdin niċċelebraw is-Sollennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu.

Manifestazzjoni Djoċesana quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-4.30pm.

Ikollna trasport għal Ta’ Pinu. Tluq fl-4pm. Ikun hemm siġġijiet għal kulħadd.

Minħabba din il-manifestazzjoni, il-quddiesa ta’ filgħaxija, għal dan il-Ħadd 22 ta’ Novembru biss tkun fis-6.30pm.

WARA L-ĠIMGĦA TAL-VOKAZZJONIJIET

Is-Seminaristi jirringrazzjaw lil kulħadd għal-laqgħat sbieħ li saru kemm fiċ-ċentri tal-katekiżmu u anke fid-djar tal-adoloxxenti.

INKOMPLU NITOLBU GĦALL-VOKAZZJONIJIET.

U NINKURAĠĠIXXU  AMBJENTI B’SAĦĦITHOM FEJN TISTA’ SSIR TAJBA

NOFS TA’ NHAR GĦAN-NISA

Ser isir nofs ta’ nhar għan-nisa kollha l-Erbgħa 25 ta’ Novembru mid-9am sa 12pm. Ikun hemm qrar, quddiesa minn Fr Simon Cachia, kafe’ u tombla. Inħeġġu lin-nisa kollha sabiex jattendu.

GĦOTI TA’ DEMM

B’rabta mal-importanza li fil-gżejjer tagħna jkun hawn riserva tajba ta’ demm lejl u nhar, u b’rabta mal-inċident kbir ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jistieden lill-Għawdxin, partikularment dawk żgħażagħ biex nhar it-Tlieta 24 ta’ Novembru jersqu flimkien u jagħtu d-demm fid-Dipartiment tal-Outpatients, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mis-1:00pm sal-5:00pm Is-Servizz waqt li jirringrazzja bil-quddiem lil dawk kollha li ser jersqu biex jagħtu d-demm ifakkar fl-importanza li dejjem tiġi ippreżentata l-Karta tal-Identità.

TALB GĦALL-PERSUNI KKONSAGRATI

Dan ser ikun nhar is-Sibt 28ta’ Novembru, 2015 fil-Knisja Parrokkjali taż-Żebbuġ mis-6.00pm sat-8 pm. Trasport mill-Pjazza fil-5.30pm.

QUDDIES FIĊ-ĊIMITERJU

Matul din il-ġimgħa ser ikollna dan il-quddies:

It-Tnejn u l-Erbgħa f’nofsinhar.

Il-Ġimgħa fis-7.30pm.

LEJN IL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA

Fit-8 ta’ Diċembru jibda l-Ġublew tal-Ħniena mniedi mill-Papa Franġisku sal-Festa ta’ Kristu Sultan f’Novembru 2016.

NITOLBU! NITĦEĠĠU! NITĦEJJEW!

MIĊ- ĊENTRU PARROKKJALI

FAMILY MOVIE NIGHT

Il-Ħadd 22 ta’ Novembru fis-6.00pm

THANKSGIVING DINNER

by GSM YOUTHS

IS-SIBT 28 TA’ NOVEMBRU FIS-7.00pm.

Aħsbu kmieni matul għall-biljetti din il-ġimgħa miċ-Ċentru jew id-Dar Parrokkjali.

GRAZZI:

  • lil dawk li ta’ kull ġimgħa jgħinu fit-tindif tal-Knisja Parrokkjali, u lil dawk kollha li jgħinu wkoll fit-tindif taċ-Ċentru u d-Dar Parrokkjali kif ukoll il-Knisja l-Qadima.
  • Lil dawk kollha li qed jagħtu l-offerti tagħhom għall-proġett tas-sagristiji.
  • Lil kull min ta l-offerta tiegħu għal Puttinu Cares fl-okkażjoni tal-funeral ta’ Joseph Zerafa. Inġabret is-somma ta’ €955.

XOGĦOL FUQ IL-KAMPNAR

Din il-ġimgħa ġie approvat il-permess biex isir ix-xogħol meħtieġ fil-kampar qabel ma jkunu jistgħu jitwaħħlu l-arloġġi. B’hekk nistgħu ngħidu li dan il-proġett issa jista’ jkompli.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN

  • Stella u Toni Attard joffru €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju tal-erwieħ tal-familji Attard u Xuereb.
  • George u Rose Grech joffru €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju tal-għażiża ommhom Mary Grech f’għeluq is-seba’ snin mill-mewt tagħha fil-21 ta’ Novembru.

Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Bullettin 13 ta’ Novembru 2015

It-33 Ħadd ta’ Matul is-Sena (Lejn tmiem is-Sena Liturġika)

Biża’ li jferraħ

Mulej, kultant kliemek jimlieni xi ftit bil-biża’. Imma meta nagħraf sew x’ridt tgħidli, nikkalma, nitfarraġ, nimtela’ bil-kuraġġ. Mulej, għax tħobbna, int qatt ma tidħak bina: titkellem magħna ċar u tond, tippreparana għal żminijiet ta’ diffikultajiet, ta’ tbatija kbira, ta’ prova iebsa. Imma qatt ma taqtagħlna qalbna, Mulej. Anzi temfasizza li int tkun magħna, qrib tagħna, lest biex tgħinna.

Mulej, jien naf li meta nsejjaħlek inti tismagħni; li int għandek għalija ħsibijiet ta’ sliem mhux ta’ ħsara. Għalhekk fir-rabta tiegħi miegħek, Mulej, inġarrab ferħ kbir. Jien naf, Mulej, li l-hena sħiħ u bla tmiem jinsab filli dejjem naqli lilek li minnek jiġini kull ġid. Żomm xortija f’idejk, Mulej, u qalbi tifraħ, u ruħi tithenna. Int turini t-triq tal-ħajja, mhux tal-mewt, u għalhekk quddiemek inħoss il-milja tal-ferħ.

Tħallinix nintilef, Mulej, fid-diffikultajiet, fit-tentazzjonijiet, fl-aljenazzjonijiet. Għinni nkun bil-għaqal quddiemek biex int tiksini b’dija bħal dik tas-sema. Għinni nwassal lil ħafna għas-sewwa biex insir niddi bħal kewkba quddiemek.

Mulej, dan ma nitolbulekx bi preżunzjoni imma għax fi tjubitek lejja wegħdtuli int, ħejjejtu int għalija, xennaqtni għalih int.

ADORAZZJONI s-SIBT 14 ta’ NOVEMBRU

Kif avżajna l-ġimgħa li għaddiet, fil-Knisja l-Qadima fit-3.30pm ikollna rużarju u quddiesa. L-adorazzjoni Ewkaristika ddum sad-9pm.

Noffru dan it-talb għas-Seminaristi tagħna u għall-vokazzjonijiet

TIFKIRA

Il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2015, il-Kunsill Lokali Għajnsielem ser jikkommemora l-vittmi tal-gwerra waqt il-quddiesa fil-Knisja Arċipretali t’Għajnsielem fl-10:00am. Dritt wara ser jitpoġġew il-kuruni fi ħdan il-monument tal-Gwerra fi Triq J F de Chambray. Il-qraba ta’ dawn il-vittmi huma mistiedna jingħaqdu magħna għall-quddiesa u għaċ-ċerimonja tat-tqeghid tal-kuruni fi ħdan l-istess monument. Ser tindaqq ukoll il-fanfarra f’ġieh dawn il-vittmi. Kulħadd mistieden jingħaqad magħna f’din il-kommemorazzjoni.

is-Seminaristi fostna

Matul din il-ġimgħa ser ikollna fostna s-seminaristi li ser iżuru l-familji fejn hemm adoloxxenti u żgħażagħ kif ukoll iċ-ċentri tal-katekiżmu tat-tfal tagħna. Ġejjin jiltaqgħu ftit magħna… u aħna, nitkellmu ftit magħhom, nagħmlulhom kuraġġ u nitolbu magħhom. Mhumiex ħafna – 9. Iva disgħa! Daqshekk għandna fis-seminarju bħalissa.

Ma’ dan il-bullettin qed jaslilkom il-programm tal-ġimgħa sħiħa. Matul din il-ġimgħa aħna mħeġġin biex fil-familji ngħidu kuljum it-talba għall-vokazzjonijiet li qegħda fuq il-programm.

NIFTĦU l-Ħadd fil-quddiesa tal-10am li ser titmexxa mir-Rettur tas-seminarju.

Il-familji fejn ser iżuru s-seminaristi qed jirċievu wkoll nota apposta.

Araw sewwa l-programm li qed jaslilkom.

NITOLBU ĦAFNA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

FESTA SANTA ĊEĊILJA

L-Għaqda Mużikali San Gużepp ser torganizza quddiesa fil-kappella ta’ Santa Ċeċilja, il-patruna tal-mużicisti u l-baned Maltin nhar il-Ħamis, 19 ta’ Novembru fis-7.00pm. Kulħadd mistieden.

GHOTI TA’ DEMM

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm waqt li jirrigrazzja lill kulmin qed jikkontribwixxi biex l-għoti tad-demm f’Għawdex jibqa’ għaddej b’ritmu ġmielu javża li nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru ser ikun hemm sessjoni oħra ta’ għoti tad-demm fid-Dipartiment tal-Outpatients, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mit-8:00am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni tista’ ssir sas-1:00pm). Is-Servizz ifakkar fl-importanza li dejjem tiġi ippreżentata l-Karta tal-Identità.

FESTA TA’ KRISTU SULTAN

Il-Ħadd li ġej, 22 ta’ Novembru, 2015, niċċelebraw is-Sollennita’ ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu. Minħabba l-manifestazzjoni Djoċesana, il-quddiesa ta’ filgħaxija għal nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru biss tkun fis-6.30pm.

QUDDIES FIĊ-ĊIMITERJU

Matul din il-ġimgħa ser ikollna dan il-quddies:

Nhar it-Tlieta li ġejja 17 ta’ Novembru ser ikun hemm quddiesa f’nofsinhar għall-erwieħ tal-Leġjunarji mejtin organizzata mil-Leġjunarji ta’ Marija.

Il-Ħamis, 19 ta’ Novembru, fil-11.30a.m., ikun hemm quddiesa għat-tfal tal-Iskola primarja tagħna. Il-Ġimgħa mbagħad 20 ta’ Novembru jkollna l-quddiesa fis-7.30pm għall-erwieħ tal-Għajnsielem football club.

LEJN IL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA

Fit-8 ta’ Diċembru jibda l-Ġublew tal-Ħniena mniedi mill-Papa Franġisku sal-Festa ta’ Kristu Sultan f’Novembru 2016. NITOLBU! NITĦEĠĠU! NITĦEJJEW!

MIĊ- ĊENTRU PARROKKJALI THANKSGIVING DINNER by GSM YOUTHS

IS-SIBT 28 TA’ NOVEMBRU FIS-7.00pm.

Aħsbu kmieni għall-biljetti miċ-Ċentru jew id-Dar Parrokkjali.

GRAZZI: Lil dawk kollha li jgħinu

  • fiċ-Ċentru Parrokkjali,
  • fit-Tombla li ssir kull nhar ta’ Ħadd fl-istess Ċentru,
  • fix-xogħol kontinwu tal-Uffiċċju Parrokkjali.

Inħeġġu tant oħrajn biex jipparteċipaw f’tant ħidma li l-parroċċa għandha għaddejja. Grazzi mill-qalb lil kulħadd. Ommna Marija Lawretana tħariskom u tpattilkom għal dak li tagħmlu mad-Dar Tagħha Fostna.

GRAZZI: EuroCollection Novembru €462.40.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN

  • Loreta Spiteri toffri €22 għall-bullettin b’suffraġju ta’ ommha Pawla Formosa, ħuha Ġużeppi Formosa u ta’ binha Manuel Spiteri f’għeluq is-16-il sena mill-mewt tagħhom.
  • Rose Bugeja toffri €20 għall-bullettin b’suffraġju ħuha Ġużepp Bugeja f’għeluq it-8 snin mill-mewt tiegħu fid-19 ta’ Novembru.

Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Bullettin 6 ta’ Novembru 2015

It-32 Ħadd ta’ Matul is-Sena

Apprezzament

Mulej, dejjem kelli xewqa niskopri kif jiġu milqugħa l-bnedmin meta jidħlu l-ġenna. Għax jekk tieħu għall-funerali tagħna min jiġbed il-folol il-kbar u min bilkemm isib min iqaddislu. Ma jidhirx li int iżżomm dal-kriterji, Mulej, dal-proporzjonijiet, din l-importanza.

Quddiemek Mulej, l-ikbar mhux bil-fors min jidher l-iktar fil-ġurnali u t-TV, min jissemma’ l-iktar fuq ir-radju, min hu l-iktar popolari, imma min ikun ħadem minn qalbu, bis-sinċerita’, bil-ġenerożita’. Ma nafx hemmx monumenti fil-ġenna, Mulej. Imma jekk hemm żgur għad niskantaw lil min huma dedikati. U jekk ikun hemm avviżi jew xi rivista komunitarja żgur li fihom jissemmew ħafna nies umli, bla ebda popolarita’, bla pretensjoni ta’ xejn. Għax lilek, Mulej,  ma jimpressjonawkx il-kwantita’, il-volum, il-pożizzjoni, imma l-intensivita’ tal-imħabba, il-ġenerożita’ tal-qalb, is-safa tal-moħħ. Mulej, saffili l-intenzjonijiet tiegħi, neżżagħni minn kull forma ta’ suppervja, minn kull xewqa li nidher.

Xewqa waħda kabbarli, Mulej: li niġi nnutat minnek biss fil-qadi umli u fidil ta’ dmirijieti. Biżżejjed għalija t-tifħir tiegħek, il-ħlas tiegħek, l-apprezzament tiegħek. Min iħallas tajjeb daqsek, Mulej?

L-EWWEL SIBT TAX-XAHAR

Minħabba l-funeral ta’ Joseph Zerafa il-quddiesa li ssoltu ssir fl-ewwel Sibt, ser issir is-Sibt 14 ta’ Novembru fil-Knisja l-Qadima fit-3.30pm rużarju u quddiesa. Anke l-adorazzjoni Ewkaristika sad-9pm tkun ukoll is-Sibt 14 ta’ Novembru.

IL-VITTMI TAL-GWERRA

Fil-quddiesa tal-10.00am tal-Ħadd 8 ta’ Novembru niftakru fil-vittmi tal-gwerra mill-parroċċa tagħna.

QUDDIESA MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Il-quddiesa tal-10am ta’ dan il-Ħadd tkun animata miż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tagħna.  Inħeġġu ż-żgħażagħ jieħdu sehem sħiħ bi qrara u tqarbina.

IX-XAHAR TA’ NOVEMBRU

Qegħdin fix-xahar li fih niftakru aktar f’dawk li bdew qabilna l-ħajja eterna u fl-istess ħin niftakru li aħna wkoll għad nagħmlu dan il-pass. Meta nżuru ċ-Ċimiterju, filwaqt li nitolbu għall-mistrieħ ta’ ħutna, nitolbu lill-Mulej jgħinna fil-mixja li baqagħlna hawn fl-art biex nogħġbuH u nservuH. Nuru r-rispett tagħna lejn dan il-post qaddis.

MATUL NOVEMBRU fiċ-Ċimiterju

Matul Novembru, il-quddies fiċ-Ċimiterju jkun hekk:

Nhar ta’ Tnejn u nhar t’Erbgħa f’nofsinhar.

Nhar ta’ Ġimgħa l-quddiesa tkun filgħaxija u organizzata middiversi għaqdiet reliġjużi u lokali tar-raħal. Nhar il-Ġimgħa li ġejja, 13 ta’ Novembru tkun organizzata mill-Banda tagħna San Ġużepp u tkun fis-6.30pm.

Kuljum: pellegrinaġġ bir-rużarju fis-7pm.

TIFKIRA TA’ SAN ĠILJAN

Infakkru lil dan il-qaddis martri l-Ħadd 8 ta’ Novembru fil-quddiesa ta’ 5pm.

EWRO COLLECTION

Matul il-quddies kollu ta’ dan il-weekend il-ġbir waqt il-quddies ikun b’risq il-festa 2016. Ngħinu mill-qalb. Fejn nistgħu nagħtu Ewro jew aktar. Grazzi ta’ kull għajnuna.

GRAZZI

Għas-Sagristiji: Lawrence Sultana (Aus) Aust$500.

ŻJAJJAR MIS-SEMINARISTI

FIL-PARROĊĊA TAGĦNA –  Mill-Ħadd 15 sal-Ġimgħa 20 ta’ Novembru ser ikollna fostna s-Seminaristi tagħna. NITOLBU ħalli tkun suċċess. Il-programm ta’ dawn iż-żjajjar jitqassam il-ġimgħa d-dieħla. Kuljum ikollna talb fil-Knisja fl-4.00pm u wara adorazzjoni u qrar. Is-Seminaristi ser iżuru l-familji li għandhom ulied adoloxxenti u żgħażagħ, iċ-ċentri tat-tagħlim tal-katekiżmu u jkunu magħna għat-talb. Okkażjoni verament sabiħa. NITOLBU ĦAFNA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

MIĊ- ĊENTRU PARROKKJALI

THANKSGIVING DINNER by GSM YOUTHS

IS-SIBT 28 TA’ NOVEMBRU FIS-7.00pm.

Aħsbu kmieni għall-biljetti miċ-Ċentru jew id-Dar Parrokkjali.

It-Tnejn 28 ta’ Diċembru: Serata tal-Milied

It-Tlieta 29 ta’ Diċembru: L-ikla tal-Milied

GĦOTI TA’ DEMM

il-Ħadd 8 ta’ Novembru bejn it-8:30am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni tista’ ssir sas-1:00pm) f’Dar San Pietru u San Pawl, fi Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur.

Sessjoni oħra ta’ għoti tad-demm ser tkun nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru fid-Dipartiment tal-Outpatients, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Din is-sessjoni ser tkun mis-1:00pm sal-5:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni tista’ ssir sal-5:00pm).

INTENZJONIJIET TAL-QUDDIES

Min jixtieq jordna intenzjonijiet tal-quddies tal-ħin fil-knisja parrokkjali għax-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu, 2016, jista’ jagħmel dan fl-Uffiċċju Parrokkjali nhar ta’ Tlieta jew il-Ħamis bejn id-9am u nofsinhar.

ILQA’ FI ĦDANEK  O Mulej ir-ruħ ta’ Joseph Zerafa mill-Komunità Parrokkjali tagħna li ġie fi ħdanek nhar l-1 ta’ Novembru fl-età ta’ 42 sena.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN

  • Carmena Xuereb toffri €20 għall-ispejjeż tal-Bullettin b’suffraġju ta’ oħtha Loreta Xuereb f’għeluq is-sentejn mill-mewt tagħha fit-8 ta’ Novembru.
  • Rita Muscat toffri €20 għall-ispejjeż tal-Bullettin b’suffraġju ta’ missierha Menu Grima f’għeluq it-30 sena mill-mewt tiegħu fit-12 ta’ Novembru.
  • Persuna toffri €30 għall-ispejjeż tal-Bullettin b’suffraġju tal-erwieħ abbandunati.

Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.