Monthly Archives: August 2016

Bullettin 26 ta’ Awwissu 2016

                              Omm Ħanina, Idħol Għalina

IL-FESTA WASLET!

Wasalna fil-qofol tal-festa Lawretana 2016. Qegħdin ngħixu flimkien ġranet sbieħ. Inkomplu nipparteċipaw bi sħiħ fil-programm tal-festa.

Sejħa speċjali biex ilkoll nattendu għall-Quddiesa Pontifikali ta’ Jum il-Festa u l-Purċissjoni. Nakkumpanjaw lill-istatwa tal-Madonna ta’ Loreto bit-talba tar-rużarju. Waqt li l-istatwa tkun dieħla lura fil-knisja ningħaqdu lkoll f’vuċi waħda fil-kant tal-Litanija Lawretana u nxejru l-imkatar bojod, eżatt kif isir ġewwa Loreto l-Italja waqt il-Festa della Venuta della Santa Casa li tiġi ċċelebrata kull sena fil-belt Marjana kull 9 ta’ Diċembru.

Xemx ħanina ta’ Loreto,

li għedt IVA għall-Messija,

ħares fuqna u ħu ħsiebna

biex ħdejk niġu fit-tgawdija.

It-Tlieta 30 ta’ Awwissu: 

QUDDIESA TA’ RINGRAZZJAMENT

6.30pm         Rużarju.

7.00pm         Quddiesa ta` ringrazzjamnet u wara dħul tal-vara fin-niċċa tagħha.

L-appuntament tagħna jkun għall-14 ta’ Ottubru, 2016 – id-data eżatta ta’ għeluq il-150 sena mit-tberik tal-istatwa titulari.

Il-FESTA T-TAJBA

L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti,

il-Kunsill Parrokkjali u l-Kumitat tal-Festa

jawguraw lill-Għajnselmiżi kollha festa sabiħa.

Insellmu lill-ħutna l-emigranti li hawn fostna u lil dawk kollha mxerrda  f’tant pajjiżi.

Insellmu wkoll lill-morda u l-anzjani tagħna u dawk li jduru bihom. 

Ommna Marija Lauretana

ħu ħsieb tagħna wliedek!

RADJU LAURETANA 89.3FM

L-iskeda ta’ Radju Lauretana tasal fi tmiemha t-Tlieta 30 ta’ Awwissu. Grazzi kbira lill-voluntiera kollha tal-programmi u x-xandiriet sbieħ illi kellna. Kelma ta’ grazzi wkoll lis-semmiegħa kollha li tant apprezzaw u tal-għajnuna finanzjarja tagħhom. Jekk il-Bambin irid nerġgħu niltaqgħu f’Diċembru.

RIVISTA GĦAJNSIELEM

Ma’ dan il-bullettin qed titqassam ir-rivista Għajnsielem. Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li ħadmu biex tiġi stampata – kontributuri tal-artikli u r-reklami u l-bord editorjali. Napprezzaw kull offerta li tistgħu tgħadduha lil min iwasslilkom il-bullettin.

WIRJA tal-Mudell tal-Vara fil-Knisja magħmul minn Frankie Buttiġieġ fid-Dar Parrokkjali mit-8.30pm sal-11pm sal-Ħadd 28 ta’ Awwissu.

TIFKIRA TAL-FESTI SPEĊJALI

Akkwista ikona tal-fidda bl-immaġini tal-Verġni Mbierka ta’ Loreto, jew statwetta tal-fidda replika sabiħa tal-istatwa titulari tagħna maħduma l-Italja mid-Dar Parrokkjali. Grazzi lil dawk kollha li akkwistaw tifkira dejjiema ta’ din is-sena speċjali.

GĦOTI TA’ DEMM

Id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex it-Tlieta 30 t’Awwissu ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00am sal-5:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sal-5:00pm).

GRAZZI 

Għall-knisja Can$300 – Familja Mifsud, €100 Joe Zerafa(Sydney), Aus$100-NN.

Ġabra Ħruġ Vara min-niċċa – €2372.77

Bott Offerti fil-ħanut Ideal Store – €220.

L-EWWEL ĠIMGĦA U SIBT TAX-XAHAR

Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru l-Adorazzjoni Ewkaristika tkun fil-Knisja Parrokkjali minn wara l-quddiesa tad-9am. Is-Sibt 3 ta’ Settembru fit-3.30pm rużarju u wara quddiesa fil-Knisja l-Qadima.

FESTA SABIĦA TIBDA MINN QALB MAGĦQUDA MA’ ALLA. NERSQU GĦALL-QRAR U T-TQARBIN

MIXJA TA’ TĦEJJIJA

Fl-aħħar weekend ta’ Settembru jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Mixja ta’ tħejjija għaż-żwieġ u l-ħajja tal-familja. Inħeġġu lill-għarajjes biex jattendu għal dawn il-laqgħat anke jekk għadhom ma ddeċidewx id-data taż-żwieġ tagħhom.  Infakkru li dawk li jixtiequ jiżżewgu fil-Knisja jeħtiġilhom jagħmlu dawn is-sentejn ta’ formazzjoni qabel jiċċelebraw is-sagrament taż-Żwieġ.  Applikazzjonijiet mill-uffiċċju parrokkjali tul settembru. Il-laqgħat ikunu kull ħmistax nhar ta’ Sibt fis-7.30pm fiċ-Ċentru Parokkjali.

MILL-KAŻIN TAL-BANDA

IKLA TA’ WARA L-FESTA Se jsir BBQ l-għada tal-Festa quddiem il-każini tal-banda u tal-futbol. Prezz €12. Għall-biljetti ċemplu 99829226 jew mingħand Rita Zerafa. Ejjew niċċelebraw tmiem festa oħra sabiħa flimkien!

Ktieb tal-Festa 2016 Il-magazine tal-Festa li toħroġ il-Banda San Ġużepp mhux se jitqasaam fid-djar iżda tistgħu takkwistaw kopja mill-bar tal-każin. Tiġi apprezzata donazzjoni għall-ispejjeż tal-publikazzjoni.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Joe Gatt joffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ Annie Gatt f’għeluq il-11-il sena mill-mewt tagħha fit-30 ta’ Awwissu.
  • Ġuża Zerafa toffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ Angelo Spiteri f’għeluq il-15-il sena mill-mewt tiegħu fit-23 ta’ Awwissu.
  • Sunta Bugeja toffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ Toni Bugeja f’għeluq is-sentejn mill-mewt tiegħu fid-29 ta’ Awwissu.
  • Ismelia Sciberras toffri €20 b’suffraġju tal-erwieħ tal-Familji Sciberras u Scicluna.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

~  VIVA OMMNA MARIJA LAWRETANA ~

GRAZZI KBIRA LILL-VOLUNTIERA KOLLHA

 

Bullettin 19 ta’ Awwissu 2016

                              Omm Ħanina, Idħol Għalina

Il-Festa Tkompli

Inkomplu ngħixu l-Festa Lawretana fi spirtu ta’ talb bil-parteċipazzoni tagħna fil-funzjonijiet tal-knisja u fl-attivitajiet li jsiru barra. Insegwu l-programm tal-festa.

Għax għal kelmtek ġo Nazzaret niżel,

Mis-smewwiet il-Feddej tal-bnedmin;

Għax għall-amar minn tiegħek f’Loreto

L-anġli ħadu d-dar tiegħek, henjin.

Ġenna fl-art hija darek Marija,

Hemm fejn tnissel u trabba l-Feddej,

Dar is-safa fejn għext ma’ Ġużeppi

Dar li rat l-għeġubijiet tal-Mulej.

L-art u s-sema f’riġlejk jagħtuk qima,

B’imħabbithom il-ġnus ifaħħruk.

Aħna wkoll f’dan il-jum ingħannulek,

U l-qlub tagħna għal dejjem nagħtuk.

Xemx Int tas-sema u l-art,

Int ġilju qalb il-ward.

GRAZZI  N.N. €100, NN. €200,  MSD Melbourne Aust $Aus600.

Ġabra bieb bieb għall-festa: €3012,

BIEX L-AFFARIJIET IMORRU AĦJAR

Il-ĠIMGĦA 26 t’ Awwissu,

WAQT ID-DIMOSTRAZZJONI BIL-MADONNA: Kapaċi lkoll niġbdu ħabel wieħed, nimxu skont id-direttivi u nieħdu gost flimkien. Nirrispettaw lil xulxin u niċċelebraw fi spirtu ferrieħi.

Nimxu meta jgħidulna dawk responsabbli ħalli nkunu nistgħu naslu fil-ħin fil-misraħ tal-knisja għall-wasla speċjali tal-istatwa tal-Madonna fuq il-pedestall tagħha.

Kant, żfin u għajat ta’ ferħ!

Moderazzjoni, għaqda u koperazzjoni!

Ingredjenti biex niftakru fihom għal festa sabiħa u mill-aqwa.

Tfiegħ ta’ Karti: bil-galbu! Nevitaw li nitfgħu karti fuq il-banda u fuq l-istatwa.

Il-Kumitat tal-Festa, f’isem l-għaqdiet kollha nvoluti, jirringrazzja lil kulħadd għall-koperazzjoni.

FESTA 2016

KATINA TAR-RUŻARJU

Bħala parti mill-programm tal-festa, it-Tnejn 22 ta’ Awwissu festa ta’ Marija Reġina, ser issir katina ta’ Rużarju mis-7am sal-10pm, 15-il siegħa ta’ talb kontinwu għall-paċi fid-dinja. Jekk tixtieq tipparteċipa, mur jew ċempel biex tinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali 21554615. Sms fuq 79554615.

Il-JIEM TAT-TRIDU

Nattendu bi ħġarna għall-quddies tat-Tridu tal-Festa u nisimgħu b’attenzjoni il-kelma li ser iwasslilna Dun Charles Sultana.

NERSQU GĦALL-QRAR U GĦAT-TQARBIN

L-Erbgħa 24 ta’ Awwissu mis-6.00pm sal-10pm.

U l-ġranet l-oħra kull filgħaxija.

ĦRUĠ TAL-VARA MIN-NIĊĊA…IT-TNEJN

It-Tnejn 22 ta’ Awwissu jkollna l-ħruġ tal-istatwa min-niċċa fl-9.45pm. Ninġabru lkoll fil-knisja. Dak il-ħin ssir l-aħħar ġabra kbira b’risq il-festa tagħna ta’ din is-sena. Ngħinu kif u kemm nistgħu. Grazzi ta’ kull offerta.

PALM U WERAQ GĦALL-KNISJA

ġibuhom il-knisja parrokkjali minn nhar it-Tlieta li fil-ġimgħa tal-festa.

SEJĦA LILL-FAMILJI U L-EMIGRANTI

Għall-quddiesa apposta għalihom nhar il-Ħadd 21 ta’ Awwissu fl-10.00am.

LEJLA MARJANA l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu fid-9pm fuq iz-zuntier. Din is-sena l-lejla tajniha bixra ftit differenti. Ejja, ħu sehem u ħeġġeġ lill-familjari u lil ħbiebek biex jagħmlu l-istess.

RADJU LAURETANA 89.3FM

L-iskeda tkompli bil-kbir permezz ta’ xandir speċjali tal-qofol tal-festa. Komplu segwu. Grazzi tal-appoġġ kontinwu tagħkom.

WIRJA tal-Mudell tal-Vara fil-Knisja magħmul minn Frankie Buttiġieġ fid-Dar Parrokkjali matul il-ġimgħa tal-festa mit-8.30pm sal-11pm.

TIFKIRA TAL-FESTI SPEĊJALI

Akkwista ikona tal-fidda bl-immaġini tal-Verġni Mbierka ta’ Loreto fi tliet daqsijiet.

Waslitilna statwetta tal-fidda replika sabiħa tal-istatwa titulari tagħn maħduma l-Italja. Għandna numru limitat ħafna. Tistgħu takkwistawha mid-Dar Parrokkjali. Arawha f’Radju Lauretana.

GĦOTI TA’ DEMM

Id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ħadd 21 t’Awwissu ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-1:00pm).

MIXJA TA’ TĦEJJIJA

Fl-aħħar weekend ta’ Settembru jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Mixja ta’ tħejjija għaż-żwieġ u l-ħajja tal-familja. Inħeġġu lill-għarajjes biex jattendu għal dawn il-laqgħat anke jekk għadhom ma ddeċidewx id-data taż-żwieġ tagħhom.  Infakkru li dawk li jixtiequ jiżżewgu fil-Knisja jeħtiġilhom jagħmlu dawn is-sentejn ta’ formazzjoni qabel jiċċelebraw is-sagrament taż-Żwieġ.  Applikazzjonijiet mill-uffiċċju parrokkjali tul settembru.

MILL-KAŻIN TAL-BANDA

Illum il-Ħadd 21 ta’ Awwissu, Open Day. Is-swali tal-każin ikunu miftuħin għal kulħadd. Tistgħu taraw ix-xogħol li sar tul is-sena.  Fadal l-aħħar ftit statwetti tal-Madonna ta Loreto fuq id-Dar, replika tal-vara li toħroġ il-Ħamis tal-Festa u l-Vara Titulari. Kellmu lil Pawlu Azzopardi.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Sally Borg u t-tfal tagħha joffru  €20 għall-ispejjeż tal-Bullettin b’suffraġju Mario Borg f’għeluq it-3 snin mill-mewt tiegħu  nhar id-19 ta’ Awwissu.
  • Erminia Xuereb toffri €20 għall-ispejjeż tal-Bullettin b’suffraġju ta’ Loreto Xuereb u Carmelo Cauchi f’għeluq l-anniversarju mill-mewt tagħhom.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

~  VIVA OMMNA MARIJA LAWRETANA ~

 

Bullettin 12 ta’ Awwissu 2016

                              Omm Ħanina, Idħol Għalina

Bl-għajnuna t’Alla, l-Erbgħa 17 ta’ Awwissu nagħtu bidu għall-festa ta’ din is-sena. Ejjew nipparteċipaw b’mod sħiħ. Nattendu għan-novena kuljum filgħaxija. NIEĦDU L-IMPENN.

Il-programm tal-festa qed jitqassam ma’ dan il-bullettin. Insegwuh.

Ferħanin lilek ngħannu Marija,

Għax bi ġmielek ilkoll imgħaxxqin;

Aħna wliedek maħbuba t’Għajnsielem,

Aħna bik Omm ħanina mkabbrin.

 

Kemm tniehdu għalik il-profeti,

Int l’għaffiġt ras is-serp tat-telfien;

Kemm xtaquk, kemm stennewk patrijarki

Għax Int l-għelm ta’ kull ġid, tal-ħelsien.

 

Inti l-għaxqa ta’ Ruħ il-Qdusija,

Inti l-Omm ta’ Sid is-smewwiet;

Int Sultana setgħana tas-sema;

Int is-seħer tal-anġli l-qtajjiet.

 

Xemx Int tas-sema u l-art,

Int ġilju qalb il-ward.

 

IL-KONSAGRAZZJONI

TAL-KNISJA PARROKKJALI TAGĦNA

       127 Sena                         Is-Sibt 13 ta’ Awwissu

7pm  Quddiesa bl-inċensazzjoni tas-Slaleb

NIFIRĦU MA’ DUN MASSIMO BUTTIGIEG

Il-Ħadd 14 ta’Awwissu ningħaqdu ma’ Dun Massimo Buttigieg fil-quddiesa tal-10am biex miegħu nirringrazzjaw lil Alla għad-don tas-Saċerdozju li huwa rċieva permezz tal-Ordinazzjoni Sacerdotali nhar l-20 ta’ Mejju li għadda.

VESTIZZJONI TA’ ABBATINI ĠODDA

Waqt l-istess quddiesa, Fr. Massimo ser ilibbes sitt abbatini ġodda għall-knisja tagħna. Dawn l-abbatini ġew imħejjija minnu stess. Wara niltaqgħu ċ-Ċentru Parrokkjali ħalli nieħdu xi ħaġa flimkien.

GRAZZI

Għall-Knisja: N.N.€50, Salvina Mercieca Sydney Australia $Aus500.

IL-FESTA WASLET

LAQGĦA MPORTANTI GĦALL-FRATELLI

Nhar l-Erbgħa li ġejja fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Nagħmlu sejħa wkoll għal min jixtieq jissieħeb.

Il-Ħadd  21 ta’ Awwissu Jum il-Familja

Quddiesa tan-novena bis-sehem tal-familji u l-emigranti. Mistiedna speċjali l-koppji li għalqu 25 jew 50 sena miżżewġin. Imexxi l-Arċipriet Dun Frankie Bajada li din is-sena qed jiċċelebra l-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.  Janima l-quddiesa bil-kant il-grupp GSM Youths.

KATINA TAR-RUŻARJU

Bħala parti mill-programm tal-festa, it-Tnejn 22 ta’ Awwissu festa ta’ Marija Reġina, ser issir katina ta’ Rużarju mis-7am sal-10pm, 15-il siegħa ta’ talb kontinwu għall-paċi fid-dinja kollha. Jekk tixtieq tipparteċipa, mur jew ċempel biex tinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali 21554615. Sms fuq 79554615.

OFFERTA BUKKETTI TAL-FJURI

Grazzi mill-qalb lil dawk li diġa taw l-offerta tagħhom. Dawk li jixtiequ joffru bukkett fjuri (€20) għall-festa fil-Knisja Parrokkjali jikkuntattjaw l-Uffiċċju Parrokkjali.

PROVI LEJLA MARJANA   Dawk it-tfal u studenti li ser jieħdu sehem waqt il-mima li ser issir fil-Lejla Marjana fil-ġimgħa tal-festa, huma mitluba jiġu għall-prova nhar it-Tlieta fil-5pm fuq it-taraġ taz-zuntier.

IR-RABA ĠABRA BIEB BIEB

Il-voluntiera tal-parroċċa qed ikomplu jiġbru l-envelopes tal-ġabra ta’ Awwissu. Inkomplu ngħinu mill-aħjar li nistgħu. Grazzi.

L-AĦĦAR HI-TEA B’RISQ IL-FESTA

Nhar l-Erbgħa li ġejja 17 ta’ Awwissu mis-7.30pm ‘il quddiem fiċ-Ċentru Parrokkjali

BIEX L-AFFARIJIET IMORRU AĦJAR

Il-ĠIMGĦA 26 t’ Awwissu, WAQT “ID-DIMOSTRAZZJONI BIL-MADONNA”: Nimxu xħin jgħidulna dawk li jkunu jmexxu ħalli nkunu fil-ħin fuq iz-zuntier. Meta nitfgħu l-karti noqogħdu ħafna attenti biex ma nitfgħux fuq l-Istatwa jew fuq il-Banda.

VELJA TAL-ASSUNTA

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu fit-8pm quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Trasport mill-pjazza fis-7.15pm. Imexxi l-Isqof Mario Grech.  Xandira diretta fuq Radju Lauretana.

Il-quddiesa tal-5pm tal-Ħadd 14 ta’ Awwissu fil-Knisja tagħna tkun tal-Vġili tal-Assunta u tkun tgħodd għas-Solennità ta’ Santa Marija.

IT-TLUGĦ FIS-SEMA TA’ MARIJA VERĠNI

It-Tnejn 15 ta’ Awwissu l-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.

RADJU LAURETANA

Komplu segwu l-programmi u x-xandiriet speċjali li għandna għalikom fuq il-frekwenza ta’ 89.3FM jew www.radjulauretana.com. Grazzi tas-sapport u tad-donazzjonijiet tagħkom.

TIFKIRA TAL-FESTI SPEĊJALI

Akkwista ikona tal-fidda bl-immaġini tal-Verġni Mbierka ta’ Loreto mid-Dar Parrokkjali.

Waslitilna statwetta tal-fidda replika tal-istatwa titulari tagħna. Għandna numru limitat ħafna. Tistgħu takkwistawha mid-Dar Parrokkjali.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Lorenza Scicluna toffri €20 b’suffraġju tar-ruħ għażiża ta’ binha Joe Scicluna f’għeluq il-11-il anniversarju mill-mewt tiegħu fil-festa ta’ Santa Marija kif ukoll għal ruħ żewġha Carmelo u binha Frankie.
  • Tonina Spiteri u l-familja Zerafa joffru €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ Salvinu Zerafa f’għeluq id-9 snin mill-mewt tiegħu fl-10 ta’ Awwissu.
  • Il-familja Xuereb toffri €20 b’suffraġju ta’ George u Loreta Xuereb fl-anniversarju tal-mewt tagħhom.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Bullettin 5 ta’ Awwissu 2016

Wara l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ġewwa l-Polonja

Il-ġenerazzjoni ġdida ta’ żgħażagħ, werrieta u kontinwaturi tal-pellegrinaġġ mibdi minn San Ġwanni Pawlu II, tat tweġiba għall-isfidi ta’ żmienna, taw sinjal ta’ tama, u din il-ħolma tissejjaħ fraternità. Għax, propju f’din id-dinja li tinsab fi gwerra, għandna bżonn tal-imħabba bejn l-aħwa, li nkunu qrib ta’ xulxin, niddjalogaw, għandna bżonn tal-ħbiberija. U dan hu s-sinjal tat-tama: meta hemm il-fraternità.

Nibdew propju miż-żgħażagħ, li kienu l-ewwel raġuni tal-Vjaġġ. Għal darb’oħra huma wieġbu għas-sejħa: ġew mid-dinja. Festa ta’ lwien, ta’ wċuħ differenti, ta’ ilsna, ta’ stejjer differenti. Jien ma nafx kif jagħmlu: jitkellmu ilsna differenti, imma jirnexxielhom jifhmu lil xulxin! U għaliex? Għax għandhom din ir-rieda li jkunu ma’ xulxin, li jibnu pontijiet bejniethom, li jwettqu l-fraternità. Ġew ukoll bil-ġrieħi tagħhom, bil-mistoqsijiet u d-dubji tagħhom, imma fuq kollox ferħanin li ħa jiltaqgħu; u għal darb’oħra ħolqu mużajk ta’ fraternità. Xbieha emblematika tal-Jiem Dinjija taż-Żgħażagħ hi l-firxa kollha lwien ta’ bnadar imxejra miż-żgħażagħ: fil-fatt, fil-JDŻ, il-bnadar tal-pajjiżi jidhru isbaħ, biex ngħidu hekk “jissaffew”, u anki bnadar ta’ pajjiżi fi ġlied u gwerer bejniethom jittajru biswit xulxin. U din hi ħaġa sabiħa!

Hekk, f’din il-laqgħa kbira ġubilari tagħhom, iż-żgħażagħ tad-dinja laqgħu l-messaġġ tal-Ħniena, biex iwassluh ma’ kullimkien fl-għemejjel spiritwali u korporali. Nirringrazzja liż-żgħażagħ kollha li ġew Krakovja! U nirringrazzja lil dawk li ngħaqdu magħna minn kull rokna tad-dinja! Għax f’tant pajjiżi saru jiem żgħar taż-Żgħażagħ f’għaqda ma’ dak ta’ Krakovja. Ħa jsir id-don li rċivejtu tweġiba fil-ħajja ta’ kuljum għas-sejħa tal-Mulej.

F’dan il-Vjaġġ żort ukoll is-Santwarju ta’ Chęstochowa. Quddiem l-ikona tal-Madonna, irċivejt id-don tal-ħarsa tal-Omm, li hi b’mod partikulari Omm tal-poplu Pollakk, ta’ dak in-nazzjoni nobbli li bata tant u li, bil-qawwa tal-fidi u d-dirgħajn tagħha ta’ omm, dejjem reġa’ qam fuq saqajh. Hemm, taħt dik il-ħarsa, tifhem it-tifsira spiritwali tal-mixja ta’ dan il-poplu, li l-istorja tiegħu hi hekk marbuta b’mod li ma jinħallx mas-Salib ta’ Kristu. Hemm tmiss b’idejk il-fidi tal-poplu fidil u qaddis ta’ Alla, li mqar fit-tiġrib iħares it-tama li għandu; u jsorr ukoll dak l-għerf li hu bilanċ bejn tradizzjoni u innovazzjoni, bejn memorja u futur. U l-Polonja llum qed tfakkar lill-Ewropa kollha li ma jistax ikun hemm futur għall-kontinent mingħajr il-valuri li fuqhom isserraħ, li min-naħa tagħhom għandhom fil-qalba tagħhom il-viżjoni Nisranija tal-bniedem. Fost dawn il-valuri hemm il-ħniena, li tagħha kienu appostli speċjali żewġ ulied kbar tal-art Pollakka: Santa Fawstina Kowalska u San Ġwanni Pawlu II.

Il-Papa Franġisku 3 ta’ Awwissu 2016 Belt tal-Vatikan

PREPARAZZJONI GĦALL- FESTA        ~

IS-SIBTIJIET:

Inkomplu S-SIBT 6 ta’ AWWISSU 2016

Ngħidu r-Rużarju fil-familji tagħna. Ikollna l-quddiesa bi ħsieb Marjan waqt l-omelija fil-quddiesa tas-7pm.

EWRO COLLECTION

Il-ġbir waqt il-quddies kollu ta’ dan il-weekend tkun b’risq il-festa li issa tinsab fil-qrib ferm. Inkunu ġenerużi. Fejn nistgħu nagħtu Ewro u aktar. Ngħinu mill-qalb ħalli jkollna festa kbira, sabiħa u dinjituża.

OFFERTA BUKKETTI TAL-FJURI Dawk li jixtiequ joffru bukkett fjuri (€20) għall-festa fil-Knisja Parrokkjali jistgħu jagħmlu dan fl-Uffiċċju Parrokkjali. Grazzi lil dawk li diġa’ taw l-offerta tagħhom.

MIMA LEJLA MARJANA

Dawk it-tfal u studenti li ser jitkellmu waqt il-mima li ser issir fil-Lejla Marjana fil-ġimgħa tal-festa, huma mitluba jiġu għar-recording il-Ġimgħa 12 ta’ Awwissu f’Radju Lauretana fl-10am.

IN-NOVENA

Huwa mportanti ħafna li nagħtu l-attenzjoni kollha tagħna biex matul il-ġranet tan-novena li tibda l-Ħamis 18 ta’ Awwissu, nersqu aktar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija – Il-Quddiesa.

IR-RABA ĠABRA BIEB BIEB

Din ser issir bejn is-7 u l-14 ta’ Awwissu.Il-voluntiera tal-parroċċa jiġu jiġbru l-envelopes li qed jitqassmu ma’ dan il-bullettin.

INKUNU ĠENERUŻI BĦAL DEJJEM.

GĦOTI TA’ DEMM

Id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ħadd 7 t’Awwissu ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-1:00pm).

GRAZZI

Offerta għall-Knisja N.N. €100. Inwegħdukom it-talb tagħna.

RADJU LAURETANA

L-iskeda tal-festa bdiet. Segwu l-programmi kollha fuq il-frekwenza ta’ 89.3FM jew www.radjulauretana.com. Grazzi kbira lil dawk kollha li qed jirreklamaw matul din l-iskeda. L-iskeda stampata qed titqassam mal-bullettin.

IL-PROĠETT TAL-ARLOĠĠI

Dan il-proġett wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Dan l-aħħar twaħħlu l-mudelli fl-injam u stickers tal-erba’ arloġġi fit-twieqi t-tondi tal-kampnar. Qed isiru l-aħħar verifiki tad-disinni qabel jibdew jinħadmu fl-irħam abjad u l-ħġieġ ikkulurit. Nittamaw li l-ewwel wiċċ tal-arloġġ ikun fostna fi żmien qasir biex imbagħad kollox jiġi nstallat matul ix-xahar ta’ Settembru.

TIFKIRA TAL-FESTI SPEĊJALI

Kun ċert li jkollok tifkira ta’ din is-sena speċjali meta qed infakkru l-150 sena mill-miġja fostna tal-istatwa titulari tal-Madonna ta’ Loreto. Akkwista ikona tal-fidda bl-immaġini tal-Verġni Mbierka ta’ Loreto mid-Dar Parrokkjali. Hemm tliet daqsijiet minn fejn wieħed jista’ jagħżel.

Dalwaqt ser ikollna wkoll statwetta tal-fidda replika tal-istatwa titulari tagħna.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Il-familja Galea joffru €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ Toni u Loreta Galea.
  • Lorenza Grech toffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju tal-familja Merciecau għar-ruħ ta’ Rita Grech f’għeluq l-ewwel sena mill-mewt tiegħha fis-7 ta’ Awwissu.

PARROĊĊA MADONNA TA’ LORETO-GĦAJNSIELEM

Dar Parrokkjali     21554615         Arċipriet 79710784 

Ċentru Parr. 21561030   Radju Lauretana 21566965

http://www.radjulauretana.com/parish

FESTA SABIĦA SSIR BIEX INGAWDUHA

Insegwu d-direttivi tal-kumitat tal-festa biex kollox imur sew u jimxi bl-ordni fil-marċijiet u kulħadd ikun jista’ jgawdi.