Bullettin 17 ta’ Diċembru 2017

It-3 Ħadd tal-Avvent

XHIEDA GĦAD-DAWL

…bil-Ferħ

M’huwiex biżżejjed li ngħidu li rridu ninbidlu.  Iridu nemmnu li l-bidla tista’ sseħħ fina permezz tal-grazzja ta’ Alla.

Bidla li sseħħ meta wieħed jagħmel passi kuraġġużi u jinqata’ mir-realtajiet ta’ dawk li ssoltu jdawruh.  Hemm bżonn li wara li naċċettaw l-istedina li Alla jagħmel lil kull wieħed u waħda minna, wara li nħallu ‘l-Mulej ifejqilna l-ġrieħi tal-passat u jinfaxxahomlna bil-grazzja tiegħu, wara li nisimgħu l-kelma tiegħu u naċċettawha fil-ħajja tagħna, inkunu xhieda tassew għal dan id-dawl.  Xhieda jfisser li tkun fhimt tassew il-messaġġ li jagħti Ġesù.  Xhieda jfisser li tkun familjari kuljum mal-kelma tiegħu.  Xhieda jfisser li tkun lest li jidħku bik meta inti tibqa’ żżomm fil-prinċipji, akkost li jgħajruk iblah.  Fina jridu jaraw Ġesu ieħor fl-ambjent li ngħixu fih kuljum.

L-Ewwel Qari huwa meħud mill-Ktieb ta’ Isaija u huwa maqsum f’żewġ taqsimiet.  Fl-ewwel taqsima l-profeta juri l-Missjoni ta’ ħelsien u salvazzjoni li l-Mulej bagħtu jwettaq; filwaqt li wara huwa jtenni innu ta’ tifħir għal dak Alla li jieħu ħsieb kollox u ma jħalli lil ħadd jintilef.  Is-Salm Responsorjali llum huwa meħud mill-Vanġelu ta’ San Luqa u huwa l-kantiku ta’ radd il-ħajr li Marija tagħmel lil Alla.  Huwa innu ta’ tifħir li n-nisrani, li jrid ikun xhieda għad-dawl, irid jagħmlu tiegħu kull ħin.  Fit-Tieni Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lit-Tessalonkin, għandna lil San Pawl jgħid lill-Insara biex jifirħu – jitolbu – iroddu ħajr lil Alla.  Huma tliet mumenti li d-dixxiplu ta’ Kristu jrid jgħaddi minnhom kull ħin.  Il-Vanġelu ta’ San Ġwann jgħidilna min hu Ġesù billi jqabblu ma’ Ġwanni l-Battista.

  • Kemm tassew għarafna u qed nippreparaw ruħna biex  nilqgħu lil Ġesù fil-ħajja tagħna?
  • Kemm tassew qed naċċettaw mingħajr kompromessi li ħajjitna tkun iddedikata għalih?
  • Kif qed inkunu xhieda tad-dawl li huwa Kristu?
  • X’tip ta’ Milied qed tħejji? Xalar jew għajnuna lill-foqra?

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej!

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna!        Atti 17, 2

Fil-Kenn ta’ Darek Marija…                     DIĊEMBRU 2017

Ferraħna  bil-Preżenza ta’ Ibnek Ġesù

NITĦEJJEW għall-Milied

IN-NOVENA

Inkomplu niltaqgħu kuljum sas-Sibt 23 ta’ Diċembru.

Niltaqgħu kuljum flimkien fis-6pm għall-quddiesa fil-Knisja animata mit-tfal u l-Katekisti.

It-tfal jiltaqgħu wkoll fl-oqsma tal-Museum u tad-duttrina qabel jew wara l-quddiesa skont il-programmi tal-istess oqsma.

Genituri ejjew ma’ wliedkom il-Knisja.

Kemm jagħmlilna ġid meta naqtgħu mir-rutina ta’ matul is-sena u niddedikaw ftit ħin mill-aqwa għat-Talb, Smiegħ tal-Kelma ta’ Alla, u Kant.

INĦALLU KOLLOX U NILTAQGĦU FLIMKIEN IL-KNISJA

MILIED 2017

Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru – Lejlet il-Milied.

4.00pm:   Qrar fil-knisja sat-8.00pm.

5.00pm:   Dimostrazzjoni bil-Bambin li titlaq minn Bethlehem f’Għajnsielem, bis-sehem tal-Banda San Ġużepp.

Wara jkollna programm tal-Milied imtella’ mit-tfal li jattendu l-Oqsma tal-Museum fil-parroċċa tagħna li jkun jinkludi l-prietka tat-tifel minn Nathan Portelli.

11.15pm: Uffiċċju tal-Qari

11.40pm : Prietka tat-tifel, u Quddiesa solenni tal-Lejl tal-Milied.

                      Il-Kor Lauretana jkanta l-Messa Pastorale ta’ Emmanuel Xuereb.

RADJU LAURETANA  

L-iskeda tal-Milied tkompli. Segwu x-xandiriet u l-programmi li hemm imħejjija fuq 89.3FM.

NAGĦTU D-DEMM

Id-Dipartiment tal-Outpatients waqt l-attività Festa ta’ Ferħ li ser issir fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ħadd 17 ta’ Diċembru jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8am sas-1pm.

SIĠRA TAL-KARITÀ

Inkomplu ngħinu fil-knisja u fil-ħwienet il-karità li ssir mill-PARROĊĊA u mill-Uffiċċju tal-CARITAS tad-DJOĊESI ta’ GĦAWDEX.

Mill-Knisja: Ħudu karta minn mas-siġra u ġibu l-oġġett li jkun hemm miktub fuqha taħt is-siġra stess.

Fil-ħwienet fittxu l-kaxxa li jkun hemm fejn il-counter u poġġu xi preserve, għaġin, żejt, zokkor eċċ,  jew oġġetti tal-ħasil. Ħdejha jkun hemm siġra bħal din:

MiċĊentru Parrokkjali

SERATA tal-MILIED

Il-Ħamis 28 ta’ Diċembru. Min jixtieq jieħu sehem jikkuntattjana fuq 21554615, 79710784, 79964537

IKLA TAL-MILIED:

Il-Parroċċa tagħna qed torganizza l-ikla tal-Milied nhar L-Erbgħa 3 ta’ Jannar 2018 fil-Grand Hotel. Dakinhar ser jiġi varat uffiċċjalment il-proġett tal-orgni għall-Knisja tagħna. Ibbukkjaw fuq 21554615.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN

Frida, John u l-familja Magro joffru €20 b’suffraġju ta’ Pauletta Abela f’għeluq l-erba’ snin minn mewtha fl-10 ta’ Diċembru.

GĦALL-ĠID TIEGĦEK…

Dal-Milied fittex il-veru ferħ !!!

Ma jiswilekx flus. Ma jispiċċax malajr.

Jagħmillek ħajtek ħafna, ħafna aħjar.

…..   Fittex iltaqa’ ma’ Ġesù! Hu ġie jfittixna u sar bniedem bħalna. Qrara tajba u ….