Bullettin 6 ta’ Jannar 2018

L-Epifanija tal-Mulej

ID-DAWL TAL-KEWKBA

It-twelid ta’ Ġesù Bambin kien mument ta’ ferħ mhux magħruf għall-umanità kollha sakemm il-kewkba indikat dan il-mument u lokalità lill-Maġi li ġew ifittxu lil Ġesù minn diversi lokalitajiet.

Minkejja tant tfixkil, baqgħu jfittxu sakemm sabu lil Ġesù.  Ħafna drabi fil-ħajja tagħna, minkejja tant dwal ta’ grazzja li jagħtina l-Mulej, naqtgħu qalbna malajr quddiem l-iċken tfixkil u malajr indawru wiċċna ’l bogħod minn Ġesù.  Il-Maġi ma għamlux hekk!  Baqgħu jfittxu lil Ġesù sakemm sabuh u ppreżentaw ir-rigali taghhom:  deheb – inċens – mirra.  It-tfittxija temmewha bil-laqgħa ma’ Ġesù li bidilhom. “Imtlew b’ferħ kbir tassew.”

Fil-Vanġelu ta’ din il-festa San Mattew jagħtina r-rakkont taż-Żjara tal-Maġi li ġew mil-Lvant biex jagħtu qima lill-Mulej.

  • Kemm qed nagħmlu minn ħajjitna tfittxija serja għal Ġesù?
  • Qed inħarsu b’kuraġġ jew naqtgħu qalbna malajr mal-ewwel tfixkil li nsibu fit-triq tagħna?
  • Infittxu li jkollna aktar mumenti fil-ħajja tagħna li fihom naduraw lil Ġesù!
  • X’tip ta’ rigali qed noffru lil Ġesù?

Fil-jum tal-Epifanija ejjew inwiegħdu lil Ġesù li se nagħtu xhieda akbar tiegħu fil-jiem ta’ ħajjitna.

Mulej, inti li wrejt lilek innifsek lill-ġnus kollha,

agħmel li fiċ-ċokon tiegħi

nagħti xhieda tiegħek lil ta’ madwari.

KONFERENZA IMPORTANTI u INTERESSANTISSIMA

Il-Kummissjoni Familja qed torganizza konferenza importanti bis-suġġett: Iż-Żgħażagħ, ix-xorb u d-droga.  X’tista’ tagħmel il-familja?. Il-kelliem prinċipali ser ikun Dr. Charlie Azzopardi, family therapist b’esperjenza kbira ma’ żgħażagħ u familji bi problemi ta’ xorb u droga. Il-Konferenza ser issir nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar, fis-Sala Villa Fiorita (Marsalforn) u tibda fil-5.00pm.  Inħeġġu lill-ġenituri u carers ta’ adoloxxenti u żgħażagħ biex jattendu. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

WARA L-FESTI TAL-MILIED

GRAZZI u PROSIT

  • Lil dawk kollha li ħadmu bla heda biex tiżżejjen il-knisja – ġewwa u barra, u biex tellajna tant attivitajiet matul dawn il-ġranet sbieħ.
  • Lis-Soċji tal-Museum kollha u lill-katekisti li bis-sehem kbir tagħhom stajna nagħmlu novena verament sabiħa u tant attivitajiet għat-tfal tagħna fl-oqsma tad-duttrina u fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  • Lill-istudenti ta’ form 2 u dawk li ħadmu u tawna oġġetti biex, għal sena oħra, għamilna l-christmas tree ekoloġika fuq iz-zuntier tal-knisja.
  • Lill-voluntiera kollha li jieħdu ħsieb il-knisja parrokkjali u l-qadima, it-tindif ta’ dawn iż-żewġ knejjes u l-fundraising meħtieġ.

NERĠGĦU GĦALL-ĦIDMA ORDINARJA

Mill-ġimgħa d-dieħla, it-tfal jerġgħu jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola, u nerġgħu naqbdu r-ritmi ordinarji ta’ kuljum. Id-Duttrina, laqgħat tal-adoloxxenti, laqgħat tal-kbar, formazzjoni tal-għarajjes, kollox  jerġa’ jirranka.

GĦALHEKK inħeġġu lil kulħadd biex mill-ġdid nitħeġġu u natttendu għal-laqgħat.

GĦOTI TA’ DEMM

Id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ħadd 7 ta’ Jannar ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8am sas-1pm.

ĠIMGĦA TAL-AZZJONI KATTOLIKA

Din ser tibda t-Tnejn 21 ta’ Jannar. L-attivitajiet li jsiru matul din il-ġimgħa huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom għal kulħadd. Għalhekk kulħadd huwa mistieden biex jieħu sehem. Programm dettaljat jingħata fil-bullettin tal-ġimgħa d-dieħla.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN

Gużeppa Grech u wliedha joffru €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ Karmenu Grech f’għeluq l-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu fit-2 ta’ Jannar.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna  

Atti 17, 28

RADJU LAURETANA  

L-iskeda tal-Milied tasal fi tmiemha l-Ħadd 7 ta’ Jannar 2018 wara 31 jum ta’ xandir.

Grazzi lil kull min kien involut. Grazzi tassew!!!

L-iskeda li jmiss tkun dik tal-Għid u tibda s-Sibt 17 ta’ Marzu 2018.

GRAZZI MILL-QALB

NN €50 b’ringrazzjament lill-Madonna.

Offerta lill-Madonna ta’ Loreto – NN Triq Mġarr €100.

Loreta Zerafa – Fundraising Dundjan – €100.

Familji Mifsud u Azzopardi – Fundraising Hamper għall-abbatini €80.

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

– NAGĦTUH SPINTA

Fl-ikla tal-parroċċa li saret nhar l-Erbgħa li għaddiet, ġie varat il-proġett tal-orgni għall-knisja tagħna. Matul din is-sena ser ikollna diversi inizzjattivi biex niġbru l-fondi għal dan il-proġett, opra oħra li tkompli ssebbaħ il-knisja tagħna u ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi.

Ġiet imnedija l-iskemaħallas kanna/pipe sponsor. Aktar dettalji fuq il-posters fil-Knisja u fuq Lauretana Newsletter li se toħroġ dalwaqt.

ILQA’ FI ĦDANEK MULEJ

  • Ilqa’ fi ħdanek O Ħanin Ġesu’ lir-ruħ għażiża ta’ Salvu Magro li mar jiltaqa’ mal-Ħallieq fit-23 ta’ Diċembru fl-għomor ta’ 77 sena.
  • Ilqa’ fi ħdanek O Ġesu’ ir-ruħ għażiża ta’ Daniel Saliba li għadda għall-ħajja ta’ dejjem fil-25 ta’ Diċembru 2017 fl-età ta’ 34 sena.
  • Ilqa’ Missier Ħanin lir-ruħ għażiża ta’ Rose Gauci li ħalliet din il-ħajja fit-2 ta’ Jannar fl-età ta’ 71 sena.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.