Bullettin 14 ta’ Jannar 2018

Mill-Kelma tal-Papa    

FRANĠISKU

“Intom ġibtu hawn lil uliedkom għall-Magħmudija, u dan hu l-ewwel pass f’dik il-ħidma li għandkom, il-missjoni tat-trasmissjoni tal-fidi.

Imma aħna għandna bżonn tal-Ispirtu s-Santu biex ngħaddu l-fidi, waħedna ma nistgħux. Li tgħaddi l-fidi hi grazzja tal-Ispirtu s-Santu, il-possibbiltà li tgħaddiha; hu għalhekk li intom ġibtu hawn lil uliedkom, biex jirċievu l-Ispirtu s-Santu, jirċievu t-Trinità – il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu – li se jgħammar fi qlubhom.

Nixtieq ngħidilkom ħaġa waħda biss, li tolqot lilkom:

it-trasmissjoni tal-fidi tista’ ssir biss “bid-djalett”, bid-djalett tal-familja, bid-djalett tal-papà u l-mamà, tan-nannu u n-nanna. Imbagħad wara jidħlu l-katekisti biex jiżviluppaw din l-ewwel trasmissjoni, b’ideat, bi spjegazzjonijiet… Imma tinsewhx dan: issir “bid-djalett”, u jekk jonqos id-djalett, jekk id-dar bejn il-ġenituri ma tiġix mitkellma dik il-lingwa tal-imħabba, it-trasmissjoni ma tkunx tant faċli, ma tkunx tista’ ssir. Tinsewx. Il-ħidma tagħkom hi li tgħaddu l-fidi, imma dan tagħmluh bid-djalett tal-imħabba tad-dar tagħkom, tal-familja.

Anki huma [it-tfal] għandhom id-“djalett” tagħhom, u nagħmlu sew nisimgħuh!

Issa qegħdin kollha kwieti, imma biżżejjed li wieħed jintona u mbagħad issegwi l-orkestra! Id-djalett tat-trabi! U Ġesù jgħidilna biex inkunu bħalhom, biex nitkellmu bħalhom. Ma rridux ninsewha din il-lingwa tat-trabi, li jitkellmu kif jistgħu, imma hi l-lingwa li tant togħġob lil Ġesù.

U fit-talb tagħkom kunu sempliċi bħalhom, għidu lil Ġesù dak li ġej minn qalbkom kif jgħiduh huma. Issa jgħiduh bil-biki, iva, kif jagħmlu t-trabi. Id-djalett tal-ġenituri li hu l-imħabba li tgħaddi l-fidi, u d-djalett tat-trabi li għandu jiġi milqugħ mill-ġenituri biex jikbru fil-fidi…..”

(Mill-Omelija tal-Q.T. il-Papa Franġisku nhar il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa u l-Magħmudija ta’ xi trabi fil-Kappella Sistina, Il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2018)

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna 

Atti 17, 2

Bolol u Kartolini għall-Missjoni

Ġibuhom il-knisja u poġġuhom fil-kaxxi apposta fejn kien hemm is-siġra tal-milied.

ĠIMGĦA TAL-AZZJONI KATTOLIKA

Iladd, 21 ta’ Jannar 2018

Tiftaħ il-ġimgħa b’quddiesa fit-8am fil-parroċċa. Huwa mistieden kulħadd, b’mod speċjali l-membri kollha kemm nisa’ u irġiel tal-Azzjoni Kattolika.

It-Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018

Laqgħa għall-irġiel wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Mistieden l-Ass. Ekk. Dun Noel Saliba.

It-Tlieta, 23 ta’ Jannar 2018

Irtir tal-Azzjoni Kattolika għand is-Sorijiet Agostinjani

8:30am Qrar u fid-9.00am Salmi u l-ewwel talk

10.00am Waqfa għall-kafe’

10:30am It-tieni talk u wara ħin għal diskussjoni

11:30am Quddiesa

12.00pm Ikel

1:30pm Siegħa adorazzjoni bir-rużarju, Barka u għeluq

Għal min jixtieq jiekol magħna f’din il-ġurnata, il-ħlas huwa ta’ €10 (kafe’ inkluż), filwaqt li dawk li jixtiequ jieħdu kafe’ biss, il-ħlas huwa dak ta’ €2. Biex tibbukkja għall-ikel, ċemplu fuq 21553470 jew 79909199 lil Antonia Xerri. Żmien sal-Ħadd, 21 ta’ Jannar 2018.

L-Erbgħa, 24 ta’ Jannar 2018               

Żjarat lill-morda u lill-anzjani, kemm fir raħal tagħna kif ukoll dawk li jinsabu fi sptarijiet jew fi djar tal-anzjani.

Il-Ħamis, 25 ta’ Jannar 2018        

Attivita’ b’tombla organizzata mill-A.K. fid-Dar Ċentrali tar-Rabat. Kulħadd huwa mistieden.

Għall-biljetti: 21553470/79909199 – Antonia Xerri.

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Jannar 2018

3:30pm Adorazzjoni fil-Knisja l-Qadima mill-Ass. Ekk. Dun Noel Saliba

4:00pm Rużarju, tesserament u barka sagramentali

4:30pm Quddiesa

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN

Il-familji Galea u Azzopardi joffru €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ Carmelo Galea f’għeluq il-21 anniversarju mill-mewt tiegħu fis-16 ta’ Jannar.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

JUM IL-MISSJONI FL-ART IMQADDSA

Is-Sibt u l-Ħadd 20 u 21 ta’ Jannar, 2018

LAQGĦA għall-Istudenti bi tħejjija  għal-Griżma tal-Isqof.            Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Jannar,

fiċ-Ċentru Parrokkjali. 6.30-7pm.

EURO COLLECTION

Dan il-weekend il-ġbir fil-knisja parrokkjali jkun għall-festa 2018. Inkunu ġenerużi bħal dejjem.

NAGĦTU D-DEMM

Id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex it-Tlieta 16 ta’ Jannar ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1pm sal-5pm.

KONFERENZA għall-FAMILJA

Iż-Żgħażagħ, ix-xorb u d-droga.  X’tista’ tagħmel il-familja?organizzata mill-Kummissjoni Familja. Kelliem prinċipali – Dr. Charlie Azzopardi, family therapist. Is-Sibt 20 ta’ Jannar,

fil-5.00pm fis-Sala Villa Fiorita (Marsalforn)

Ġenituri u carers ta’ adoloxxenti u żgħażagħ ħudu nota. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

ĦARĠA VALLETTA 2018

Il-Kunsill Lokali ser jorganizza ħarġa għall-Belt Valletta l-Ġimgħa 19 ta’ Jannar. Tluq mill-pjazza fis-7.30am. Inżuru s-suq tal-Belt, il-Kunvent ta’ Sant Wistin u jkun hemm ħin liberu. Lura mal-vapur tat-3pm. Prezz b’xejn. Inkitbu l-Kunsill Lokali jew ċemplu 21561515.

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

L-iskema – ħallas kanna/pipe sponsor

Tista’ tagħti offerta biex tisponsorja kanna mill-ħafna li ser ikun fih l-orgni.

KANEN KBAR hemm tal-€250, €200, €150 u €100. Hemm ukoll ta’ €50, €25 u €10.

Kull offerta hija apprezzata ħafna.

GRAZZI MILL-QALB: Charlie Portelli  €250 u NN. €250; Familja Debattista – €200;NN. €40.

Arċipriet D.Frankie Bajada u l-familja: 1 ta’ €250 u 15 tal-€50.