Bullettin 21 ta’ Jannar 2018

Mill-Kelma tal-Papa    FRANĠISKU

Il-beatitudnijiet ma jitnisslux minn atteġġjamenti ta’ kritika faċli u lanqas mid-“diskorsi vojta u rħas” ta’ min jaħseb li jaf kollox imma ma jrid jimpenja ruħu ma’ xejn u ma’ ħadd.

Il-beatitudnijiet jitwieldu mill-qalb ħanina li ma tegħja qatt tittama. Meta Ġesù jsejjaħ hieni lill-fqir, lil min beka, lill-maħqur, lill-batut, lil min ħafer…, jiġi jaqla’ mill-waqfien paralizzanti lil min jemmen li l-affarijiet ma jistgħux jinbidlu, lil min waqaf jemmen fis-setgħa ta’ Alla l-Missier li tista’ tbiddel kollox, kif ukoll f’ħutu, speċjalment f’ħutu l-iżjed dgħajfa, f’ħutu mormija. Meta jxandar il-beatitudnijiet, Ġesù jiġi jċaqlaqna minn dik il-qagħda negattiva msejħa rassenjazzjoni li ġġagħalna nemmnu li nistgħu ngħixu aħjar jekk naħarbu l-problemi, jekk naħarbu mill-oħrajn, jekk ninħbew jew ningħalqu fil-kumditajiet tagħna, jekk jeħodna n-ngħas tal-konsumiżmu trankwilizzanti. Dik ir-rassenjazzjoni li twassalna biex niżolaw ruħna minn kulħadd, biex ninqasmu, biex ninfirdu, biex nagħlqu għajnejna quddiem il-ħajja u quddiem it-tbatija tal-oħrajn.

Il-beatitudnijiet huma dak il-jum ġdid għal dawk kollha li jkomplu jirriskjaw għall-futur tagħhom, li jkomplu joħolmu, li jkomplu jħallu lill-Ispirtu s-Santu jmisshom u jimbuttahom. Niżirgħu l-paċi billi nkunu proxxmu, inkunu qrib! Billi noħorġu mid-dar u nosservaw l-uċuħ, noħorġu niltaqgħu ma’ min jinsab f’diffikultà, ma’ min ma ġiex ittrattat bħala persuna, bħala iben denn ta’ din l-art. Dan hu l-uniku mod li għandna biex ninsġu futur ta’ sliem… Il-bennej tal-paċi jaf li ħafna drabi trid tegħleb mentalitajiet foqra u ambizzjonijiet kbar jew sottili, li jiġu mill-pretensjoni li wieħed jikber u “jagħmel isem”, li jikseb prestiġju minn fuq dahar ħaddieħor. Il-bini tal-paċi hu proċess li jiġborna mill-ġdid flimkien u jqanqal il-kreattività tagħna biex inwettqu relazzjonijiet li kapaċi jaraw f’min hu qrib tagħna mhux xi ħadd barrani, li ma jafu ħadd, imma iben ta’ din l-art. Nafdaw f’idejn il-Verġni. Ħa tgħinna hi ngħixu u nixtiequ l-ispirtu tal-beatitudnijiet; sakemm fl-irkejjen kollha ta’ din il-belt tinstema’ bħal kelma minn taħt l-ilsien: “Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla”.

(VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU FIĊ-ĊILÌ U L-PERÙ. QUDDIESA GĦALL-PAĊI U L-ĠUSTIZZJA. It-Tlieta 16 ta’ Jannar 2018)

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna 

Atti 17, 2

ĠIMGĦA TAL-AZZJONI KATTOLIKA

Tibda l-Ħadd, 21 ta’ Jannar 2018 bil-quddiesa tat-8am. ARAW IL-PROGRAMM FUQ IL-BULLETTIN TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA. Il-programm hu miftuħ għal kulħadd.

Il-Ħamis, 25 ta’ Jannar 2018

Attivita’ b’tombla organizzata mill-A.K. fid-Dar Ċentrali tar-Rabat. Trasport fit-8.30am.

JUM IL-MISSJONI FL-ART IMQADDSA

Is-Sibt u l-Ħadd 20 u 21 ta’ Jannar, 2018.

Niftakru f’ħutna l-insara tal-Art Imqaddsa u fil-Missjoni Franġiskana fl-art ta’ Ġesù. Il-ġbir fil-quddies kollu tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd ikun għal din il-missjoni.

SANTA RITA – ĦAMISIJIET

Jibdew il-Ħamis li ġej għand is-Sorijiet Agostinjani Għajnsielem. 5.30pm Rużarju, Kurunella, barka sagramentali u quddiesa bil-ħsieb fuq Santa Rita.

NOFS TA’ NHAR GĦAN-NISA KOLLHA

Ser isir nofs ta’ nhar għan-nisa kollha l-Erbgħa 24 ta’ Jannar f’Lourdes Home mid-9am sa 12pm. Ikun hemm qrar, quddiesa minn Fr Joe Xerri, kafe’ u tombla.

Bolol u Kartolini għall-Missjoni

Ġibuhom il-knisja u poġġuhom fil-kaxxi apposta fejn kien hemm is-siġra tal-milied. Grazzi.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Ġuża u Fredu Ciangura joffru €20 għall-bullettin b’suffraġju ta’ ommhom Mananni f’għeluq id-disa’ snin mill-mewt tagħha fit-22 ta’ Jannar u għal ruħ ta’ missierhom Mikieli u oħthom Marija Azzopardi.
  • Carmen Scicluna toffri $50 b’suffraġju tal-għażiż żewġha Anthony f’għeluq is-sitta u għoxrin sena minn mewtu fil-25 ta’ Jannar.
  • Theresa Grech u l-Familja joffru €20 għall-bullettin b’suffraġju tal-għażiż tagħhom Peter Paul Grech f’għeluq il-ħmistax-il sena mill-mewt tiegħu fil-25 ta’ Jannar.
  • Louise u Sammy Pace joffru €20 għall-bullettin b’suffraġju ta’ Salvu Magro f’għeluq ix-xahar mill-mewt tiegħu li ġrat fit-23 ta’ Diċembru.

Mulej agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.

INTENZJONIJIET QUDDIES-KNISJA PARROKKJALI

Min jixtieq jornda intenzjonijiet ta’ quddies fil-Knisja Parrokkjali għax-xhur April, Mejju, Ġunju 2018 jista’ jagħmel dan fl-uffiċċju Parrokkjali nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn id-9am u nofsinhar.

MILL-ISKOLA PRIMARJA GĦAJNSIELEM

Il-kap tal-iskola ta’ Għajnsielem tavża li min jixtieq jirreġistra lit-tfal għas-sena skolastika 2018-2019 jista’ jiġbor applikazzjoni mill-iskola mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Jannar. Jistgħu jinkitbu t-tfal li se jagħlqu tliet snin sal-aħħar t’April, 2019.

NAGĦTU D-DEMM

Id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ħadd 21 ta’ Jannar ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8am sas-1pm.

KONFERENZA għall-FAMILJA

Iż-Żgħażagħ, ix-xorb u d-droga.  X’tista’ tagħmel il-familja?organizzata mill-Kummissjoni Familja. Kelliem prinċipali – Dr. Charlie Azzopardi, family therapist. Is-Sibt 20 ta’ Jannar, fil-5.00pm fis-Sala Villa Fiorita (Marsalforn). Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

L-iskema – ħallas kanna/pipe sponsor

Tista’ tagħti offerta biex tisponsorja kanna mill-ħafna li ser ikun fih l-orgni.

KANEN KBAR hemm tal-€250, €200, €150 u €100. Hemm ukoll ta’ €50, €25 u €10.

Kull offerta hija apprezzata ħafna.

GRAZZI MILL-QALB:

Francis Rapa €50, Carmen Camilleri €250, NN €50, NN€50, NN250, Marija u Frencu Xuereb €250, Familja NN Triq Ħamri €1000, L-aħwa Galea Pjazza Madonna ta’ Loreto €250, NN€1000, Vanessa u Michael Xiberras €100,

Tomas u Blake Xiberras (mill-pocket money tagħhom €10 kull wieħed). Prosit u Grazzi Kbira lil Kulħadd.

Aktar donazzjonijiet fuq Lauretana Newsletter.