Bullettin 11 ta’ Frar 2018

Is-6 Ħadd Matul is-Sena

L-INDAFA MILL-ĠDIEM

JEKK TRID, TISTA’ TFEJJAQNI

Min jista’ jgħid li ma għandux ġdiem?  Min jista’ jgħid li huwa nadif?

Min jista’ jgħid li ma għandux bżonn il-fejqan mill-feriti li nġarrbu kuljum?  Ġesù jfejjaq, Ġesù jnaddaf mingħajr kundizzjoni għaliex irid iħobbna.  Messaġġ sempliċi.  Offerta kbira.  Imma għaliex nibqgħu ma nifhmux li Ġesù jrid li l-bniedem ifiq u jqum fuq saqajh?  Il-Mulej niżel fl-umanità biex jerfa’ fuqu l-mard tal-istess umanità, imma kemm qed tkun rikonoxxenti ta’ dan, l-istess umanità?  Kemm qed ngħidu GRAZZI bil-qalb lill-Mulej?  Kemm tassew qed nagħrfu li mingħajr il-Mulej se nibqgħu mġiddmin?

Fl-ewwel qari mill-Ktieb tal-Levitiku tissemma mill-ewwel il-marda tal-ġdiem li billi dak iż-żmien ma kienx hemm fejqan għaliha, kienet meqjusa bħala sinjal tad-dnub.  Skond il-liġi ta’ Mosè l-imġiddem kien ikollu jgħix waħdu maqtugħ mis-soċjetà.

Mas-Salm 31 li ntennu karba lill-Mulej biex iħenn għalina u jaħfrilna dnubietna.

Fit-tieni qari, San Pawl, f’silta mill-ewwel ittra lill-Korintin, iħeġġiġna biex nixbħu lil Kristu f’kollox.

Fil-Vanġelu għandna l-fejqan tal-marid bil-lebbra u kif dan beda jxandar lill-Mulej ma’ kulħadd.

  • Qatt f’ħajtek aċċettajt ir-realtà li inti midneb?
  • Itlob b’sinċerita lill-Mulej biex inaddfek!
  • Irringrazzja lill-Mulej għall-fejqan u tħabbar mal-oħrajn kemm tajjeb il-Mulej.

Mulej,  Grazzi tal-fejqn  li tagħtini fil-Qrar,

  Grazzi u għinni nkompli nitnaddaf minn ħżuniti.

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna 

Atti 17, 2

AĦNA LKOLL DIXXIPLI li neħtieġu l-maħfra

u MISSJUNARJI ġodda tal-Vanġelu

fil-ħajja ta’ kuljum.

RANDAN 2018

Lejn l-Għid il-Kbir fl-1 ta’ April

L-Erbgħa 14 ta’ Frar nagħtu bidu għal dan iż-żmien qaddis bi preparazzjoni għall-festa l-kbira tal-Għid il-Kbir. Fil-quddies is-saċerdot ipoġġi l-irmied fuqna bi stedina biex nindmu u nemmnu fil-Bxara t-Tajba. Huwa jum ta’ sawn u astinenza.

SMIGĦ TAL-KELMA TA’ ALLA – L-EŻERĊIZZI

IL-ewwel kors għall-koppji jkun mit-Tnejn 19 sal-Ġimgħa 23 ta’ Frar minn Patri Marcello Ghirlando. Fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7pm. Ikun servizz ta’ child minding. Nattendu bi ħġarna!

IS-SIEGĦA TAD-DULURI

Kull nhar ta’ Ġimgħa matul ir-Randan mit-3 sal-4 pm fil-Knisja l-Qadima.

ID-DEHRIET TAL-MADONNA ĠEWWA LOURDES

Il-Ħadd 11 ta’ Frar infakkru l-ewwel dehra tal-Madonna ta’ Lourdes. Fil-Knisja ta’ Lourdes, fil-5pm ikun hemm il-quddiesa li titmexxa mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech. Huwa wkoll jum il-morda. Niftakru fihom  fit-talb tagħna u f’dawk li jduru bihom. Inżuru l-Knisja tal-Madonna ta’ Lourdes fil-parroċċa tagħna fil-ġranet tad-dehriet.

SANTA RITA – ĦAMISIJIET

Ikomplu kull nhar ta’ Ħamis għand is-Sorijiet Agostinjani fil-5.30pm.

EWRO COLLECTION Matul il-quddies kollu ta’ dan il-weekend, il-ġabra tkun b’risq il-festa tagħna. Ngħinu kif u kemm nistgħu. Grazzi ta’ kull offerta.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Tonina Azzopardi toffri €20 b’suffraġju ta’ Dolora Azzopardi f’għeluq id-9 snin mill-mewt tagħha fil-11 ta’ Frar.
  • Ġorġa Galea toffri €20 b’suffraġju ta’ Rosa Galea f’għeluq it-32 sena mill-mewt tagħha fit-13 ta’ Frar.
  • Ursula Azzopardi toffri €20 b’suffraġju ta’ Maria Azzopardi f’għeluq il-5 snin mill-mewt tagħha fid-9 ta’ Frar u ta’ Dolora Azzopardi fl-anniversarju mill-mewt tagħha fil-11 ta’ Frar.

L-ISTRINA TAL-MADONNA

L-envelopes qegħdin ikomplu jinġabru. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom għall-proġett tal-orgni.

Inkomplu ngħinu bl-offerti tagħna. 

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

NINVESTU fuq proġetti li jibqgħu għal ta’ warajna kif għamlu ta’ qabilna.

Tista’ tagħti offerta billi tisponsorja kanna mill-2700 li ser ikun fih – investiment kbir għall-knisja u r-raħal tagħna.

KANEN hemm tal-€250, €200, €150 u €100 u ta’ €50, €25 u €10. Kull offerta apprezzata ħafna.

GRAZZI KBIRA MILL-QALB:

Shaun Portelli €50, Nathan Portelli €25,

€10 – Mikela, Izabella, Izmael u Matteo Camilleri.

€250 Charlie, Salvina u Lelio Spiteri; Tony u Doris Sultana; David u Vendra Xuereb; Ebsons Comino Ferries Ltd; Familja Cascun;NN-€90; NN-€150;

Claudine u Mario Camilleri-€60; Gużepp Attard-€200;

Ġorġa Galea, b’ringrazzjament lill-Madonna-€200; €50-Darren Cascun, NN, NN-b’ringrazzjament lill-Madonna ta’ Loreto; Vince u Jessie Cassar-€100,

Giacinta Saliba – Offerta lill-knisja – €20; NN-€20.

ABBONA FIR-RIVISTA TA’ GĦAWDEX

Idħol fis-sagristija wara l-quddies tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd u abbona fil-Ħajja f’Għawdex għall-prezz ta’ €15. Ikollok f’idejk għaxar ħarġiet fis-sena. Din is-sena ser tkun qed toħroġ l-elf ħarġa!

PELLEGRINAĠĠ LOURDES – 160 sena mid-Dehriet

Il-parroċċa ser torganizza tour għal Lourdes bejn it-13 u s-16 ta’ Lulju 2018. Inkunu hemm għall-aħħar dehra u niċċelebraw il-quddiesa fil-grotta. Okkażjoni mhux ta’ min jitlifha. Inżuru wkoll Pont d’Espagne u Gavarnie. Programm dettaljat jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-paġna ta’ facebook ta’ Radju Lauretana. Ma’ kull booking jinġabar depożitu ta’ €250, il-ħlas tal-assigurazzjoni u kopja tal-passaport.

PARROĊĊA MADONNA TA’ LORETO-GĦAJNSIELEM

Dar Parrokkjali      21554615         Arċipriet 79710784 

Ċentru Parr. 21561030   Radju Lauretana 21566965 http://www.radjulauretana.com/parish