Bullettin 18 ta’ Frar 2018

BDEJNA R-RANDAN

Mill-Omelija ta’ Papa Franġisku fil-quddiesa tat-Tqegħid tal-Irmied l-Erbgħa 14 ta’ Frar 2018.

Żmien ir-Randan hu ż-żmien it-tajjeb biex insewwu l-kordi stunati tal-ħajja Nisranija tagħna u nilqgħu l-aħbar dejjem ġdida, hienja u kollha tama tal-Għid tal-Mulej.

It-tentazzjonijiet li għalihom aħna esposti huma ħafna.

Kull wieħed u waħda minna jaf x’inhuma d-diffikultajiet li jrid iħabbat wiċċu magħhom. U hu ta’ swied il-qalb naraw kif, quddiem il-ġrajjiet tal-ħajja ta’ kuljum, jinstemgħu ilħna li, waqt li japprofittaw mill-uġigħ u d-dubji tal-oħrajn, ma jafux jiżirgħu għajr il-qtigħ il-qalb. U jekk il-frott tal-fidi hu l-karità – kif kienet tħobb ittenni Madre Teresa ta’ Calcutta – il-frott tal-qtigħ il-qalb huma l-apatija u r-rassenjazzjoni. Qtigħ il-qalb, apatija u rassenjazzjoni: ix-xjaten li jmewtu u jipparalizzaw ir-ruħ tal-poplu li jemmen.

Ieqaf, ħares u erġa’ lura

Ieqaf ftit, ħalli din l-aġitazzjoni u dan il-ġiri kollu bla sens li jimla l-qalb bl-imrar għax tħossok li qatt m’int qed tasal imkien.

Ieqaf ftit mill-bżonn li tidher u jarak kulħadd.

Ieqaf. Ieqaf biex tara u tikkontempla!

Ħares. Ħares lejn is-sinjali li jistgħu jżommuk milli titfi fik l-imħabba, li jżommu ħajja l-fjamma tal-fidi u tat-tama. Uċuħ ħajjin tat-tama u tat-tjieba ta’ Alla li jaħdem f’nofsna.

Ħares u kkontempla l-wiċċ tal-Imħabba Misluba, li llum mis-salib tissokta ġġorr it-tama; driegħ miftuħ għal dawk li jħossuhom imsallbin, li f’ħajjithom qed iħossu t-toqol tal-fallimenti, tad-diżappunti u tad-delużjonijiet. Ħares u kkontempla l-wiċċ konkret ta’ Kristu mislub, mislub għall-imħabba ta’ kulħadd bla esklużjoni. Ta’ kulħadd? Iva, ta’ kulħadd.

Ieqaf, ħares u erġa’ lura. Erġa’ lura fid-dar ta’ Missierek. Erġa’ lura bla biża’ fid-dirgħajn mixtieqa u miftuħa beraħ ta’ Missierek għani fil-ħniena li qed jistenniek (ara Efes 2:4)!

Erġa’ lura! Bla biża’: dan hu ż-żmien it-tajjeb biex terġa’ lura d-dar, id-dar ta’ “Missieri u Missierkom” (ara Ġw 20:17).

Erġa’ lura bla biża’ biex idduq il-ħlewwa ta’ Alla li tfejjaq u tirrikonċilja!

Ieqaf, Ħares, Erġa’ lura!

(miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard)

Tista’ tara t-test sħiħ ta’ din l-omelija ferm sabiħa fuq:

www.laikos.org/Papa_Frangisku_Ome;ija_Ras-ir-Randan_14022018.htm

RANDAN 2018

Lejn l-Għid il-Kbir fl-1 ta’ April

bl-ikbar sahra tal-Knisja nhar is-Sibt 31 ta’ Marzu.

L-EŻERĊIZZI GĦALL-KOPPJI

  • Mit-Tnejn 19 sal-Ġimgħa 23 ta’ Frar
  • Patri Marcello Ghirlando ofm.
  • Fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7pm.

MIXJA TAR-RANDAN FLIMKIEN

Għat-tfal u l-istudenti kollha waqt il-quddiesa tal-10 am nhar ta’ Ħadd. Nibdew il-Ħadd 18 ta’ Frar – l-Ewwel Ħadd tar-Randan.

Sejħa speċjali lill-ĠENITURI KOLLHA.

L-ewwel edukaturi ta’ wliedkom huma intom stess. U l-eżempju tagħkom jiswa ĦAFNA.

IS-SIEGĦA TAD-DULURI

Kull nhar ta’ Ġimgħa matul ir-Randan mit-3 sal-4 pm fil-Knisja l-Qadima.

ABBATINI Dawk it-tfal subien minn Year 4 ‘il fuq u li jixtiequ jingħaqdu mall-grupp tal-abbatini tal-parroċċa tagħna, ikellmu lill-arċipriet fil-ġranet li ġejjin biex nibdew il-laqgħat ta’ tħejjija.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Lorenza Scicluna toffri €20 b’suffraġju tar-ruħ għażiża ta’ żewġha Carmelo f’għeluq id-disa’ anniversarju mill-mewt tiegħu fit-18 ta’ Frar u għal ruħ iż-żewġ uliedha Joe u Frankie Scicluna.
  • Rita Link toffri €20 b’suffraġju ta’ ommha Loreta Saliba f’għeluq il-5 anniversarju mill-mewt tagħha fl-20 ta’ Frar u għall-għażiż żewġha John Link u missierha Ġużepp Saliba.
  • L-aħwa Clementa Camilleri u Ġuża Cordina joffru €20 b’suffraġju ta’ Marija Zammit f’għeluq it-3 snin mill-mewt tagħha fit-22 ta’ Frar.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna 

Atti 17, 2

L-ISTRINA TAL-MADONNA

GRAZZI KBIRA mill-qalb!

Lil dawk kollha li taw fl-envelop tal-ġabra

(somma miġbura: €3818 u Us$20 u Aus$50) u

Lil dawk li taw individwalment jew bħala familja lill-arċipriet (Madwar €15000 – sat-8 ta’ Frar)

Bidu tassew tajjeb!!!

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

Tista’ tagħti offerta billi tisponsorja kanna mill-2700 li ser ikun fih – investiment kbir għall-knisja u r-raħal tagħna.

KANEN hemm tal-€250, €200, €150 u €100 u ta’ €50, €25 u €10. Kull offerta apprezzata ħafna.

GRAZZI KBIRA MILL-QALB lil dawk li taw din il-ġimgħa:

€250: Gużeppi Grech, Familja Triq Sant’Antnin;

€50: NN, Toni u Martina Xuereb, Manuel Zerafa;  NN – €30.

€100:NN, Leli u Margaret Azzopardi,

Antoine,Joyce u l-familja Azzopardi – €500

(errata corrige) Charlie, Salvina u Lelio Spiteri – €500

NAGĦTU D-DEMM

Fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ħadd 18 ta’ Frar: mit-8am sas-1pm.

TOMBLA u HIGH TEA fiċ-Ċentru Sant’Antnin il-Ġimgħa 23 ta’ Frar fis-6.45pm b’risq l-istess ċentru.

NOFS TA’ NHAR GĦAN-NISA f’Lourdes Home l-Erbgħa 21 ta’ Frar: 9am sa 12pm. Ikun hemm qrar, quddiesa minn Fr Charles Buttigieg, kafe’ u tombla.

PELLEGRINAĠĠ LOURDES 160 sena mid-Dehriet

Il-parroċċa ser torganizza tour għal Lourdes bejn it-13 u s-16 ta’ Lulju 2018. Ma’ kull booking jinġabar depożitu ta’ €250, il-ħlas tal-assigurazzjoni u kopja tal-passaport. Dettalji mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni bis-suġġett: Safeguarding Minors – kif niprevjenu trawmi sesswali fit-tfal?  Fl-Istitut tal-Familja, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar bejn is-6.00pm u s-7.15pm u ser titmexxa minn Dun Joseph Farrugia,

 

PARROĊĊA MADONNA TA’ LORETO-GĦAJNSIELEM

Dar Parrokkjali      21554615         Arċipriet 79710784 

Ċentru Parr. 21561030   Radju Lauretana 21566965 http://www.radjulauretana.com/parish