Bullettin 25 ta’ Frar 2018

It-2 Ħadd tar-Randan

KUNTENT BISS FIL-GLORJA!

DAN HU IBNI L-GĦAŻIŻ, ISIMGĦU LILU.

Kemm huwa sabiħ li tgħix il-fidi tiegħek fil-kumdità u fil-fsied meta ħadd ma jittikak jew jostakolak u ħadd ma jagħtik trouble.

Sabiħ li tgħix il-ħajja nisranija fil-kwiet mingħajr fastidju.  Fit-Trasfigurazzjoni naraw lil Ġesù fil-Glorja u saħansitra Pietru nesa lilu nnifsu.  Ġesù, wara li wera u tahom il-garanzija li tassew se jagħtihom il-glorja, indikalhom li xogħolhom huwa ’l isfel mill-muntanja, fid-dinja, fil-ħajja ta’ kuljum.  Mhuwiex faċli li tkun ma’ Kristu fit-tbatija, jum wara jum.

L-Ewwel Qari tal-lum huwa meħud mill-Ktieb tal-Ġenesi fejn il-fidi ta’ Abraham tilħaq il-quċċata tagħha meta jiġi mitlub joffri lil Alla l-egħżeż ħaġa li kellu – ibnu  l-waħdieni.

Fis-Salm 115, is-Salm Repsonsorjali, insibu talba lill-Mulej biex, bħal Abraham, nimxu fir-rieda ta’ Alla.

Hekku l-BASTUN TAL-ĠIMGĦA:

Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin

Fit-Tieni Qari, fl-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani, insibu li l-patt tiegħu magħna Alla wettqu bis-sħiħ bis-saħħa ta’ Ibnu stess, fejn Alla l-Missier wera li għandu mħabba bla tarf.

Fil-Vanġelu Ġesu jidher fil-glorja bħala l-Iben t’Alla.

  • Fil-Ħajja tagħna ta’ kuljum, ejjew nifhmu l-kobor tal-glorja t’Alla li tidher kontinwament fina!!
  • Niftakru fi kliem San Pawl lir-Rumani:  Jekk Alla magħna min jista’ jkun kontra tagħna?
  • F’dan ir-Randan inħoss aktar il-preżenża t’Alla  miegħi!!!
  • Abraham, fl-offerta ta’ Ibnu, wera li għandu fidi kbira f’Alla. Nitħeġġeġ jien ukoll fil-fidi tiegħi f’Alla l-Ħallieq li jieħu ħsiebi!!

  Mulej Alla tagħna

  agħmel li dak kollu li nwettaq

  nagħmlu fir-rieda tiegħek.

 

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna 

Atti 17, 2

 

RANDAN 2018….   ieqaf… ħares madwarek… erġa’ lura

Lejn l-Għid il-Kbir fl-1 ta’ April

bl-ikbar sahra tal-Knisja nhar is-Sibt 31 ta’ Marzu…

MIXJA TAR-RANDAN FLIMKIEN

  • Kull nhar ta’ Ġimgħa

Is-Siegħa tad-Duluri Ġimgħa matul ir-Randan mit-3 sal-4 pm fil-Knisja l-Qadima.

  • NHAR TA’ SIBT

Il-Knisja Parrokkjali tkun miftuħa għall-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija sa 9pm. Dan il-weekend ikun hemm possibilità ta’ qrar.

  • NHAR TA’ ĦADD

Għat-tfal u l-istudenti kollha waqt il-quddiesa tal-10am nhar ta’ Ħadd. Sehem attiv fil-liturġija

Sejħa speċjali lill-ĠENITURI. Intom L-ewwel edukaturi ta’ wliedkom…  L-eżempju tagħkom jiswa ĦAFNA.

ABBATINI Dawk it-tfal subien minn Year 4 ‘il fuq u li jixtiequ jingħaqdu mall-grupp tal-abbatini tal-parroċċa tagħna, ikellmu lill-arċipriet.

PELLEGRINAĠĠ LOURDES 160 sena mid-Dehriet

Il-parroċċa ser torganizza tour għal Lourdes bejn it-13 u s-16 ta’ Lulju 2018. Ma’ kull booking jinġabar depożitu ta’ €250, il-ħlas tal-assigurazzjoni u kopja tal-passaport. Komplu bbukkjaw fl-uffiċċju parrokkjali.

Ma’ dan il-Bullettin qed jaslilkom ukoll il-programm dettaljat u informazzjoni oħra dwar dan il-pellegrinaġġ. Dawk li jixtiequ jiġu, jistgħu jibdew jagħmlu l-booking u l-ħlas minn din il-ġimgħa. Aħsbu kmieni peress li l-postijiet li għandna huma limitati.

GRAZZI MILL-QALB

STRINA TAL-MADONNA –  Kien fadal xi envelopes x’jinġabru u l-ġabra issa laħqet €4525. Prosit tassew!!…u Grazzi Kbira.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Miriam Xuereb toffri €20 b’suffraġju ta’ ommha Maria Muscat f’għeluq it-18-il sena mill-mewt tagħha fid-29 ta’ Frar.
  • Carmela Ciantar toffri €20 b’suffraġju ta’ ommha Loreta Buttigieg f’għeluq il-45 sena mill-mewt tagħha fl-24 ta’ Frar.
  • Giacinta Xuereb toffri €20 b’suffraġju ta’ Antonia Xuereb f’għeluq is-6 snin mill-mewt tagħha fit-23 ta’ Frar.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

GĦOTI TAL-MINISTERU TAL-LETTORAT

Is-Seminarista Andrew Grima, li qiegħed fil-parroċċa tagħna għall-esperjenza pastorali, ser jingħata l-Ministeru tal-Lettorat flimkien ma’ żewġ seminaristi oħra, Daniel Mercieca u Mario Mercieca nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu fil-Knisja tan-Nadur waqt il-quddiesa fis-7pm. Nakkumpanjawhom bit-talb tagħna matul din il-ġimgħa u, jekk nistgħu, immorru wkoll għal din il-funzjoni. Noffru t-talb tagħna għall-vokazzjonijiet.

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

GRAZZI KBIRA MILL-QALB lil dawk li taw din il-ġimgħa:

€250: Salvina Cascun, Joe u Laura Gatt, Loreto u Ursola Grima, Frankie Debono, Victor u Catherine Bajada u l-Familja; €150 Loreto u Antonia Zerafa; €100: Lorraine Cauchi u l-Familja, NN, Fredu Xuereb.

NAGĦTU D-DEMM fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex –  it-Tlieta  27 ta’ Frar:1pm -5pm.

ĦARĠA ANZJANI

It-Tlieta 6 u l-Ħamis 8 ta’ Marzu. Il-ħarġa ser issir fuq jumejn minħabba li l-post fejn sejrin jesa 40 persuna biss. Prezz €7. Bookings mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali sal-Ġimgħa 2 ta’ Marzu. 21561515.

MIĊ-ĊENTRU PARROKKJALI

OKKAŻJONI UNIKA Valletta 2018 tasal Għajnsielem.

SHOW SPETTAKOLARI GĦAL KULĦADD.

Is-Sibt u l-Ħadd 3 u 4 ta’ Marzu. Araw il-flyer!

Biljetti online jew mill-bieb qabel ix-shows.

IMPORTANTI- Għandna bżonn ta’ għajnuna biex nillestu ċ-Ċentru. Min jista’ jiġi, niltaqgħu s-Sibt u l-Ħadd 24 u 25 ta’ Frar bejn id-9am u nofsinhar.Grazzi

Mill-KNISJA SANT’ANTNIN

COFFEE MORNING Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Frar fid-9am fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq l-istess ċentru.

BAKE SALE ħdejn il-knisja ta’ Sant’Antnin fit-2 u t-3 ta’ Marzu wara l-quddies. Min jixtieq joffri xi ħaġa jikkuntatja lill-helpers. Grazzi.

PARROĊĊA MADONNA TA’ LORETO-GĦAJNSIELEM

Dar Parrokkjali      21554615         Arċipriet 79710784 

Ċentru Parr. 21561030   Radju Lauretana 21566965 http://www.radjulauretana.com/parish