Bullettin 13 ta’ Mejju 2018

Is-7 Ħadd tal-Għid

Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Fil-mument li l-Mulej tela’ fis-sema nifhmu li l-Appostli beżgħu.  Issa jinsabu waħedhom.

Ħafna drabi aħna jiġrilna l-istess għax nibżgħu li f’ċerti sitwazzjonijiet ninsabu waħedna.  Ma hemm ħadd magħna.  X’se nagħmlu?  Faċilment li taqta’ qalbek meta ssib li qed tgħix il-fidi tiegħek f’minoranza mingħajr għajnuna ta’ ħadd, u ninsew kontinwament li l-Mulej qalilna li lkoll kemm aħna rridu nagħmlu sforz kbir biex inħossu l-preżenza tiegħu ħdejna.  Sforz kbir biex negħlbu l-aljenazzjoni li ħafna drabi nkunu fiha.  Sforz kbir biex inkunu nafu aħjar il-kelma tal-Mulej u nxandru din l-Aħbar it-Tajba.  Tlugħ il-Mulej fis-sema hija ġrajja li timliena bil-kuraġġ.  Il-Mulej se jibqa’ magħna dejjem sal-aħħar taż-żminijiet.  Il-Mulej wegħidna li se jkun magħna wkoll fil-mumenti iebsa.  Qatt m’hu se jħallina waħedna, speċjalment meta nkunu qed naħdmu għalih.  Importanti li nkunu qed naħdmu u nxandru lilu u mhux lilna u l-interessi tagħna.

L-Ewwel Qari tal-lum huwa meħud mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli fejn il-bidu ta’ dan il-ktieb jirrakkonta t-tlugħ fis-sema tal-Mulej.  Is-Salm Responsorjali, meħud minn Salm 46, huwa għanja ta’ ferħ għax il-Mulej tela’ fis-sema biex joqgħod fuq in-naħa tal-lemin tal-Missier.  Fit-Tieni Qari tal-lum, meħud mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Efesin, għandna lil San Pawl li jitlob lil Alla jdawwal lill-Insara bil-grazzja li jagħrfu li tlugħ is-sema tal-Mulej kien ifisser li l-glorja tal-Mulej hija l-glorja tagħna.  Fil-Vanġelu ta’ San Mark għandna lill-Mulej jibgħat lill-Appostli jxandru u jgħammdu.  Huwa jitla’ s-sema imma jibqa’ jaħdem magħhom.  Din hija l-Knisja.

  • “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha.” Liema Bxara Tajba – Kerygma – qed ixxandar inti fl-ambjent tiegħek?
  • Kemm tassew tħoss il-preżenza tal-Mulej miegħek meta inti taħdem għalih?
  • Mal-Mulej timxi bil-kejl? Quddies il-Ħadd biss ħa neħles?!!
  • Aħna lkoll dixxipli u evanġelizzaturi.

Mulej,

għallimni nkun dixxiplu tiegħek

li nwasslek f’dawn ta’ madwari.

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna          Atti 17,2

responsabiltÀ – rispett – rieda tajba  … dejjem u f’kollox

FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP

Illum il-Ħadd 13 ta’ Mejju, fil-Parroċċa tagħna, infakkru lil San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali, missier putattiv ta’ Ġesù.

Fil-5.00pm ikollna l-Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kan. Joe Cardona bis-sehem tal-orkestra u l-kor immexxija mill-Mro. Frankie Debono u wara jkollna l-purċissjoni akkumpanjata mill-Banda San Ġużepp.

INĦEĠĠU lill-fratelli kollha biex jieħdu sehem. Nakkumpanjaw il-purċissjoni bit-talba tar-rużarju.

JUM L-OMM

Jum ta’ Rispett-Imħabba-Ringrazzjament

F’dan it-tieni Ħadd ta’ Mejju nfakkru Jum l-Omm. Niftakru fl-Ommijiet kollha ħalli jissaħħu fl-impenn ta’ mħabba quddiem tant sfidi li għandhom, f’dawk li ser isiru ommijiet, f’dawk li jixtiequ jsiru ommijiet, f’dawk li qegħdin fl-isptarijiet jew fid-djar tal-anzjani u f’dawk li diġa daħlu fl-eternità.

MARIJA OMM TAGĦNA

IDĦOL GĦALINA QUDDIEM IBNEK ĠESÙ

RUŻARJU FIL-BERAĦ   ….  Matul Mejju

IT-TLIETA:      5.00pm –  Pjazza Tolfa

5.30pm – Zona Sant’Antnin

L-ERBGĦA:    2.00pm – Ħdejn l-iskola primarja

IL-ĦAMIS:      5.00pm –  Triq il-Qiegħan.

IL-ĠIMGĦA:   4.30pm –  Pjazza tad-Dehra.

L-EWWEL TQARBINA fl-20 ta’ Mejju

u L-GRIŻMA TAL-ISQOF  fis-27 ta’ Mejju.

Nakkumpanjaw bit-talb tagħna lil dawk kollha li ser jirċievu dawn is-sagramenti.

NAGĦTU D-DEMM –

fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ħadd 13 ta’ Mejju mit-8am sas-1pm.

L-ERBGĦAT TA’ PINU Ikollna minibus mill-Pjazza tagħna kull nhar ta’ Erbgħa fil-4.45p.m.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

Ulied Loreto Spiteri joffru €20 għall-ispejjeż tal-bullettin f’għeluq id-9 snin mil-mewt tiegħu fit-12 ta’ Mejju.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

FESTA  lil  SANTA  RITA

fil-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani

Is-Sibt 19 sat-Tnejn 21 ta’ Mejju – Jiem tat-Tridu

6pm       Rużarju, quddiesa bl-omelija minn Dun Simon Cachia u barka sagramentali

It-Tlieta 22 ta’ Mejju – Jum il-Festa

7am       Quddiesa mill-Arċipriet bit-tifħir ta’ sbiħ il-jum

11am     Quddiesa minn Fr Joseph Formosa li fiha jitbierku t-tfal u jiġu ppreżenati lil Santa Rita.

6pm       Rużarju, quddiesa bl-omelija minn Mons Paul Carmel Vella u barka sagramentali.

F’JUM L-OMM – quddiesa għall-anzjani kollha, il-Ħadd, 13 ta’ Mejju fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-10 am organizzata mill-Ministeru għal Għawdex. Fi tmiem il-quddiesa tingħata tifkira lill-anzjani preżenti. Trasport mill-Pjazza fid-9.15a.m.

INTENZJONIJIET TAL-QUDDIES

Min jixtieq jordna intenzjonijiet għall-quddies fil-Knisja Parrokkjali għal Lulju, Awwissu, Settembru 2018, jista’ jagħmel dan fl-Uffiċċju Parrokkjali nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn id-9am u 12pm

NGĦINU L-GĦAQDA TAL-ARMAR

Komplu ġibu l-envelop tagħkom l-knisja jew fil-letter box tad-Dar Parrokkjali jew tal-Maħżen tal-Armar. Grazzi mill-qalb ta’ kull għajnuna.

MILL-KUNSILL LOKALI mis-Sibt 12 ta’ Mejju ser tibda tinġabar il-borża s-sewda tal-iskart.

B’RISQ IL-FESTA TA’ SANT’ANTNIN

Bake Sale u Pjanti għal Jum l-Omm fiċ-Ċentru Patrijiet Sant’ Antnin is-Sibt 12 ta’ Mejju: 6.30pm-8.30pm u l-Ħadd 13 ta’ Mejju: 9am-12.30pm u 5.30pm-7.30pm.

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

GRAZZI KBIRA MILL-QALB lil dawk li taw din il-ġimgħa: NN-€51; NN-€100; Miriam u Joseph Xuereb – €500.

PARROĊĊA MADONNA TA’ LORETO-GĦAJNSIELEM

Dar Parrokkjal 21554615         Arċipriet 79710784 

Ċentru Parr. 21561030   Radju Lauretana 21566965 http://www.radjulauretana.com/parish