Bullettin 20 ta’ Mejju 2018

Festa ta’ Għid il-Ħamsin

IL-MIĠJA TAD-DIFENSUR

Sfiduċjati!  Kemm-il darba aħna l-Insara nħossuna sfiduċjati minn tant ċirkustanzi u anke forsi minn dawk ta’ madwarna.

Kemm-il darba nħossuna waħedna anki fl-istess komunità ekkleżjali u parrokkjali tagħna.  Huma mumenti ta’ dlam, mogħdijiet ta’ dlamijiet li jkollna ngħaddu minnhom u l-fidi tagħna tbati magħna.  Xi kultant inħossuna nagħżqu fl-ilma.  Il-Mulej daħal fl-istorja tagħna u għaraf l-umanità fraġli tagħna.  Għalhekk bagħtilna DIFENSUR.  Bagħtilna l-Ispirtu s-Santu biex isaħħaħ fina l-għemil tagħna.  Fil-fatt mill-Vanġelu tal-lum naraw li l-ewwel ħaġa li jwettaq il-Mulej Ġesù kif jidher lill-Appostli huwa li jagħtihom il-paċi filwaqt li jurihom idejh.  Il-paċi, ried jgħidilhom Ġesù, ma tiġix mix-xejn; trid tbati għaliha kif għamel Hu fuq is-Salib.  Huwa wara tahom is-siġill tal-Ispirtu s-Santu biex inaddfu d-dnubiet tal-popli.

Fl-Ewwel Qari tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, għandna żewġ siltiet.  Fl-ewwel waħda l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli u t-tieni waħda hija kif diversi ġnus bdew jisimgħu l-Aħbar it-Tajba mingħand l-Appostli u jikkonvertu.  Is-Salm Responsorjali huwa meħud minn Salm 103 fejn Il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli u fuqna lkoll hija konferma li l-wegħdiet tiegħu l-Mulej iżommhom.

  • Ilkoll kemm aħna għandna dan id-DIFENSUR li jħarisna u jdawwalna Kemm nitolbuh lill-Ispirtu s-Santu?
  • L-Ispirtu s-Santu jagħmilna lkoll ġisem wieħed. Kemm qegħdin nagħrfu din il-qawwa li tinsab fina?
  • Il-festa tal-Pentekoste trid tiftħilna għajnejna dwar il-qawwa li aħna l-Insara għandna tal-possibiltà kbira ta’ maħfra li jagħtina l-Mulej biex inaddafna kull ħin.

Ejja Spirtu s-Santu

imla l-qlub tal-fidili tiegħek,

u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.

TALB GĦALL-PERSUNI KKONSAGRATI

Is-Sibt 26 ta’ Mejju fil-Knisja taż-Żebbuġ mis-6pm.

 Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna          Atti 17,2

responsabilta’ – rispett – rieda tajba  … dejjem u f’kollox

L-EWWEL TQARBINA

Illum fil-parroċċa tagħna grupp ta’ tfal ser jirċievu lil Ġesu’ Ewkaristija għall-ewwel darba. Nissieħbu magħhom aħna lkoll fil-quddiesa tal-5pm.

Nifirħu ma’ dawn it-tfal u nitolbu għalihom u għall-familji kollha tagħhom.  EJJEW niġġeddu fl-impenn tagħna li ngħixu tassew il-ħajja nisranija tagħna.

Francesco Abela,  Jake Buttigieg, Isaac Buttigieg,

Emma Lynn Cauchi,  Sofia Cini,  Samiah Curmi,

Kian Debono,  Allison Dempsey,

Victoria Depczynski,  Luca Grima,  Izaak Grima, Jerome Hili, Chris Mercieca,  Zoia Mercieca,

Averie Kailyn Morales,  Paul Muscat,

André Portelli,  Kyran Lee Portelli,

Sophia Rapa,  Blake Sciberras,  Gilbert Scicluna,

Svea Spiteri,  Melissa Spiteri,

Mariah Tagliaferro,  Gareth Zerafa

MARIJA OMM IL-KNISJA

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku, minn din is-sena, l-għada ta’ Pentekeste se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Marija Omm il-Knisja. Din it-tifkira liturgika fil-Kalendarju Ruman daħlet fis-seħħ b’Digriet tal-11 ta’ Frar li għadda maħruġ mill-Kongregazzjoni tal-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

NOFS TA’ NHAR għan-nisa kollha f’Lourdes Home l-Erbgħa 23 ta’ Mejju mid-9am sa 12pm. Ikun hemm qrar, quddiesa minn Fr Charles Buttigieg, kafe’ u tombla.

EURO COLLECTION b’risq il-festa titulari.  Fil-quddies kollu tas-Sibt u l-Ħadd 19 u 20 ta’ Mejju. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożità.

NAGĦTU D-DEMM fil-Berġa tal-Gvern tax-Xewkija t-Tlieta 22 ta’ Mejju mis-1pm sal-5pm.

OFFERTI GĦALL-BULLETTIN

  • Clementa Camilleri toffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ żewġha Alfred Camilleri f’għeluq it-28 sena mill-mewt tiegħu fis-17 ta’ Mejju.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

FESTA  lil  SANTA  RITA fil-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani

Is-Sibt 19 sat-Tnejn 21 ta’ Mejju – Jiem tat-Tridu

6pm       Rużarju, quddiesa bl-omelija minn Dun Simon Cachia u barka sagramentali

It-Tlieta 22 ta’ Mejju – Jum il-Festa

7am       Quddiesa mill-Arċipriet bit-tifħir ta’ sbiħ il-jum

11am     Quddiesa minn Fr Joseph Formosa li fiha jitbierku t-tfal u jiġu ppreżenati lil Santa Rita.

6pm       Rużarju, quddiesa bl-omelija minn Mons Paul Carmel Vella u barka sagramentali.

RUŻARJU FIL-BERAĦ   ….  Matul Mejju

IT-TLIETA:      5.00pm –  Pjazza Tolfa, 5.30pm – Zona Sant’Antnin

L-ERBGĦA:    2.00pm – Ħdejn l-iskola primarja

IL-ĦAMIS:      5.00pm –  Triq il-Qiegħan.

IL-ĠIMGĦA:  4.30pm –  Pjazza tad-Dehra.

LAQGĦA IMPORTANTI U UTLI ĦAFNA

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni bis-suġġett: Uliedna, it-teknoloġija u s-social media fl-Istitut tal-Familja, ir-Rabat, nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju fis-7.30pm u ser titmexxa minn dun Anton Teuma.  Mistieden kulħadd, speċjalment ġenituri u carers ta’ tfal żgħar u adolexxenti.  Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

B’RISQ IL-FESTA TA’ SANT’ANTNIN

High tea l-Ġimgħa 25 ta’ Mejju fis-7.30pm fiċ-Ċentru Sant’Antnin.

IL-PROĠETT TAL-ORGNI

GRAZZI KBIRA MILL-QALB lil dawk li taw din il-ġimgħa: Carmena Gauci €50; N.N. €100.

MILL-KUNSILL LOKALI Ħarġa Malta l-Ġimgħa l-1 ta’ Ġunju. Imorru mal-vapur tas-7.30am. Immorru Ħaż-Żabbar, Smart City, shopping Tas-Sliema u ikla buffet fil-lukanda Dolmen. Lura mal-vapur tal-4.30pm. Prezz €20. Biljetti mill-Kunsill sal-Erbgħa 30 ta’ Mejju.