Bullettin 5 ta’ Awwissu 2018

It-18-il Ħadd Matul is-Sena

EMMNU F’DAK LI BAGĦAT

Ngħidu li aħna ta’ Kristu.  Ngħidu li aħna Nsara.  Iżda fiex tassew qegħdin nemmnu llum?

Kemm tassew ilkoll kemm aħna nistgħu ngħidu li nafu tassew lil dan Kristu? X’bidliet ġab fil-ħajja tagħna?  Għad-domanda x’għandna nagħmlu biex naħdmu għall-għemejjel ta’ Alla, Ġesù jwieġeb li l-għemil ta’ Alla huwa dan li aħna nemmnu f’dak li huwa bagħat. Irridu nemmnu f’Ġesù.  Biex temmen f’xi ħaġa trid tkun taf dwar dik il-persuna,  tkun taf x’inhi l-missjoni tagħha.  Ħafna drabi nfittxu lil Ġesù meta niġu daharna mal-ħajt, kif fittxewh il-Lhud għax kien temmagħhom il-ħobż b’xejn.  Iżda kemm tassew nistgħu ngħidu li qed infittxu lill-Mulej Ġesù għax għandu l-kliem tal-ħajja ta’ dejjem?

Fl-Ewwel Qari, meħud mill-Ktieb tal-Eżodu, għandna l-mixja tal-poplu Lhudi fid-deżert sal-Art Imwiegħda.  Ma kinetx mixja ħafifa, iżda Alla dejjem ħaseb biex jgħinu.  Fis-Salm 77, li nsibu fis-Salm Responsorjali, għandna lill-Mulej juri l-ħniena mal-poplu billi tahom il-qamħ mis-sema.  Fit-Tieni Qari mill-Ittra lill-Efesin insibu lil San Pawl jitkellem dwar il-ħtieġa li lkoll inkunu nafu sew lil Kristu u nilbsu l-bniedem il-ġdid.  Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann Ġesù jurina li huwa l-ħobż tassew li niżel mis-sema.

  • Kemm tassew nafu min huwa Ġesù? Kemm nixtiequ nsiru aktar tiegħu?
  • San Pawl jistedinna biex nilbsu l-bniedem il-ġ Kemm qed taħrab kompromessi fil-ħajja tiegħek biex tilbes dan il-bniedem?
  • “Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx” (Ġwanni 6,35). Temmnu u tgħixu tassew dan il-kliem?

Mulej tiegħi,

agħmel li qatt ma nixrob minn għejun imdardra,

imma dejjem mill-ilma li jagħti l-ħajja,

li huwa Int.

Fih Ngħixu, Nitħarrku u Aħna                Atti 17,28

responsabiltÀ – rispett – rieda tajba – rażan

… dejjem u f’kollox.

RADJU LAURETANA

PROPRJU mat-tqassim ta’ dan il-bullettin beda x-xandir tar-radju tagħna marbut mal-festa. Mal-bullettin qed tirċievu l-iskeda tat-tieni ġimgħa ta’ xandir. Insegwuh.

GRAZZI MILL-QALB

Għas-Sagristiji NN Triq Mġarr €100;

Offerti lill-Madonna – NN €100, NN €100 b’ringrazzjament; Louis u Loretta Cassar Sydney Awstralja-€300.

Offerti Radio: €237 u Us$100.

GRAZZI U APPELL

Minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk li b’tant dedikazzjoni jiltaqgħu biex inaddfu l-knisja parrokkjali ta’ kull ġimgħa. Dawk li jiġu jżuruha minn barra spiss jikkummentaw kemm hi miżmuma nadifa…Prosit u Grazzi mill-qalb.

Appell: għal dawn il-ġranet tal-festa jkollna bżonn daqqa t’id aktar mis-soltu biex innaddfu l-knisja kollha. Min jixtieq jgħin tistgħu tiġu nhar ta’ Erbgħa wara l-quddiesa tad-9am jew kellmu lill-arċipriet.

NAGĦTU D-DEMM

Il-Ħadd 5 t’Awwissu fil-Berġa tax-Xewkija bejn it-8am u s-1pm.

WASLULNA

Statwetti tal-Madona ta’ Loreto silver plated. Rigal sabiħ għall-familja u għall-emigranti.  Tistgħu tarawhom fl-uffiċċju parrokkjali.

OFFERTA GĦALL-BULLETTIN

  • Sunta Grech toffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’suffraġju ta’ ommha Rita Grech f’għeluq it-tielet sena mill-mewt tagħha fis-7 ta’ Awwissu.

Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

NITĦEJJEW GĦALL-FESTA

SIBTIJIET TAL-MADONNA  

Kull nhar ta’ Sibt. Ngħidu r-rużarju fil-familji u jkollna l-l-quddiesa bl-omelija filgħaxija.

MILL-PROGRAMM TAL-FESTA

Il-Ħadd 19 ta’ Awwissu – 10 am.

FestaFamilja–Emigranti-Inawgurazzjoni ARLOĠĠI

————————–

L-AĦĦAR ĠABRA BIEB BIEB

Ma’ dan il-bullettin qed jaslilkom l-envelop għall-aħħar ġabra bieb bieb għall-festa ta’ din is-sena. Il-voluntiera jiġu fil-ġranet li ġejjin biex jiġbruh. Inħeġġukom ilkoll tagħtu l-offerta tagħkom … kemm tistgħu u mill-qalb.Grazzi bil-quddiem.

BUKKETTI

Min jixtieq jiddedika xi bukkett fjuri għall-ġranet tal-festa fil-knisja tagħna iwassal ismu u offerta ta’ €25 għal kull bukkett fl-uffiċċju parrokkjali.

LEJLA MALTIJA

Is-Sibt 11 ta’ Awwissu fis-7.30pm fil-Parkeġġ tal-Kunvent tal-Knisja ta’ Sant’Antnin. Biljetti mis-sagristija tal-Knisja ta’ Sant’Antnin.

ILQA’ FI ĦDANEK MULEJ

Ir-ruħ għażiża ta’ Ġużepp Vella li inti sejjaħtlu għal għandek nhar l-20 ta’ Ġunju minn ħdan il-kommunità parrokkjali tagħna fl-età ta’ 80 sena.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

IL-PROĠETT TAL-ORGNI –

NN €50;  NN €50; NN €250; NN €300.

Nhar il-Ħadd li għadda, 29 ta’ Lulju, 2018, ġie ffirmat il-kuntratt tax-xogħol li jmiss għall-orgni. Pass kbir ‘il quddiem.

GRAZZI KBIRA MILL-QALB! 

PARROĊĊA MADONNA TA’ LORETO-GĦAJNSIELEM

Dar Parrokkjali-21554615         Arċipriet –79710784 

E – ghajnsielemparish@gmail.com

Ċentru Parr. – 21561030   Radju Lauretana 21566965

 http://www.radjulauretana.com/parish